Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Ir-rivisti It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Meta tkun qed tagħmel żjajjar lura, offri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew, jekk ikun iktar adattat għall-bżonnijiet tal-persuna, il-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, u pprova ibda studju tal-Bibbja. Novembru u Diċembru: Uża wieħed mill-fuljetti li ġejjin: X’Tama Hemm għall-Maħbubin Tagħna li Mietu? jew It-Tbatija Kollha Dalwaqt Se Tispiċċa! jew kwalunkwe fuljett ieħor li jkun adattat għat-territorju tiegħek. Jekk issib interess, uri kif isir studju tal-Bibbja billi tuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? jew il-browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem. Jannar: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Stinka biex tibda studju tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Jekk l-inkwilini diġà jkollhom il-ktieb u ma jaċċettawx l-offerta taʼ studju tal-Bibbja, il-pubblikaturi jistgħu joffru rivista li tkun iktar qadima jew kwalunkwe browxer li jkun adattat għall-interess tal-persuna.