Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-31 taʼ Diċembru, 2012. Ġiet imniżżla d-data meta kull punt se jiġi diskuss fl-iskola. B’hekk, kull ġimgħa tkun tistaʼ tagħmel riċerka fuq dan il-punt waqt il-preparazzjoni tiegħek għall-iskola.
1. Kif twettqet il-profezija f’Ġoel 2:1-10, 28 dwar l-invażjoni mill-insetti? [5 taʼ Nov., w07 10/1 p. 13 para. 1]
2. Il-vers taʼ Għamos 8:11 f’min jitwettaq, u x’mistoqsija għandna nistaqsu lilna nfusna peress li qed ngħixu fost abbundanza taʼ provvedimenti spiritwali? [12 taʼ Nov., jd pp. 60-61 para. 9]
3. X’setgħet kienet ir-raġuni għala l-Edomin kellhom qalb prużuntuża, u liema verità m’għandna qatt ninsew? (Għobd. 3, 4) [19 taʼ Nov., w07 11/1 pp. 13-14 para. 6]
4. Ġeħova f’liema sens iddispjaċieh mill-gwaj li kien qal li se jġib fuq l-abitanti taʼ Ninwe? (Ġona 3:8, 10) [19 taʼ Nov., w07 11/1 pp. 14-15 para. 13]
5. Il-fatt li nimxu f’isem Alla kif jistaʼ jsaħħaħ il-ħbiberija tagħna miegħu? (Mik. 4:5) [26 taʼ Nov., jd p. 88 para. 12]
6. Liema “bwieb ix-xmajjar” infetħu? (Naħ. 2:6) [3 taʼ Diċ., w07 11/15 p. 9 para. 2]
7. Xi jfisser il-kliem taʼ Ħaggaj 1:6, u x’lezzjoni għandna nieħdu bis-serjetà minnu? [10 taʼ Diċ., w06 4/15 pp. 22-23 para. 12-15]
8. Kif nistgħu napplikaw il-parir prattiku li nsibu f’Żakkarija 7:10 biex ma ‘nfasslu xejn ħażin kontra xulxin fi qlubna’? [17 taʼ Diċ., jd pp. 113-114 para. 6; w07 12/1 p. 11 para. 3]
9. Il-kliem f’Żakkarija 4:6, 7 għala hu taʼ faraġ għall-aduraturi taʼ Ġeħova llum? [17 taʼ Diċ., w07 12/1 p. 11 para. 1]
10. Meta nqisu dak li hemm miktub f’Malakija 3:16, għala qatt m’għandna niddgħajfu fid-determinazzjoni tagħna li nżommu l-integrità tagħna lejn Alla? [31 taʼ Diċ., w07 12/15 p. 29 para. 3]