Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Matul ix-xahar t’Ottubru kien hemm quċċata ġdida meta 627 pubblikatur tefgħu r-rapport tas-servizz tal-għalqa. Dan jirrappreżenta żieda taʼ 8% meta mqabbel mal-ammont taʼ pubblikaturi s-sena l-oħra. B’kollox, tqattgħu 10,640 siegħa fil-ministeru. Dawn l-istatistiki inkuraġġanti juruna li nifhmu li x-xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli hu l-iktar xogħol urġenti, importanti, u taʼ benefiċċju li qed isir illum il-ġurnata. Ejja npoġġuh fl-ewwel post f’ħajjitna!—Mt. 6:33.