Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Matul ix-xahar taʼ Ġunju kien hemm total taʼ 629 pubblikatur li pprietka l-aħbar tajba. Meta mqabbel mal-medja tas-sena l-oħra, kien hemm 9 fil-mija iktar. B’kollox qattgħu 10,152 siegħa fil-ministeru. Tħallew 9,859 rivista, ’il fuq minn 4,000 iktar mill-istess xahar tas-sena li għaddiet. Nistgħu nitkellmu b’wiċċna minn quddiem dwar ir-rivisti tagħna ladarba aħna konvinti bil-valur tagħhom. Għandna xi ħaġa tajba x’noffru, u bħala wħud li jixbhu lil Kristu aħna nieħdu pjaċir naqsmuha m’oħrajn.—Prov. 3:27; Ebr. 13:16.