LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/15 p. 2
  • Ibqaʼ agħmel progress bħala predikatur

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ agħmel progress bħala predikatur
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Materjal Simili
  • ‘Agħmlu Ħafna Frott’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Agħmel Progress fl-Ippridkar Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Ippriedka biex Tagħmel Dixxipli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Jagħtu l-frott bħala friegħi u jkunu ħbieb taʼ Ġesù
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 1/15 p. 2

Ibqaʼ agħmel progress bħala predikatur

1. Liema eżempji mill-​ewwel seklu juru li għandna nagħmlu progress bħala predikaturi?

1 Il-​Kristjani għandhom jagħmlu progress bħala predikaturi. Din hi r-​raġuni għala Ġesù ta lis-​segwaċi tiegħu taħriġ li għenhom itejbu l-​abbiltajiet tagħhom fl-​ippritkar. (Lq. 9:1-​5; 10:1-​11) U hu għalhekk li Akwila u Prixilla ħadu lil Apollo magħhom u “fissrulu t-​triq t’Alla iktar eżatt.” (Atti 18:24-​26) Għall-​istess raġuni, Pawlu ħeġġeġ lill-​evanġelizzatur t’esperjenza Timotju biex ikompli jkun medhi fit-​tagħlim tiegħu ħalli ‘kulħadd jara li qed javanza.’ (1 Tim. 4:13-​15) Ilna kemm ilna nitjassru għall-​Mulej bħala pubblikaturi tal-​aħbar tajba, għandna bżonn inkomplu nirfinaw fl-​abbiltajiet tal-​ippritkar.

2. Kif nistgħu nitgħallmu minn ħaddieħor?

2 Tgħallem minn ħaddieħor: Mod wieħed kif nistgħu ntejbu l-​abbiltajiet tagħna hu billi nitgħallmu minn ħaddieħor. (Prov. 27:17) Għalhekk, oqgħod attent meta pubblikaturi oħra jagħmlu l-​preżentazzjoni tagħhom. Saqsi għal suġġerimenti speċifiċi, u ismaʼ bir-​reqqa dak li jgħidu. (Prov. 1:5) Tħossok inċert dwar kif se tagħmel żjara lura, tibda studju tal-​Bibbja, jew tieħu sehem f’xi aspett ieħor tal-​ministeru? Ħu l-​inizjattiva, u saqsi lill-​indokratur tal-​grupp tiegħek jew pubblikatur t’esperjenza għal taħriġ. Ftakar ukoll li l-​ispirtu qaddis taʼ Ġeħova jistaʼ jtejjeb l-​abbiltajiet tagħna, allura itlob għalih b’mod regulari.—Lq. 11:13.

3. Kif għandna nirreaġixxu jekk ningħataw suġġeriment, forsi anke jekk ma saqsejniex għalih?

3 Tiħux għalik jekk tingħata xi suġġeriment biex titjieb, anki jekk ma saqsejtx għas-​suġġeriment. (Ekk. 7:9) Bħal Apollo, aċċetta l-​għajnuna bl-​umiltà u l-​gratitudni. Meta nagħmlu hekk, inkunu qed nuru l-​għerf.—Prov. 12:15.

4. Ġesù liema raġuni soda ta dwar għala għandna nibqgħu nagħmlu progress bħala evanġelizzaturi?

4 Il-​progress jigglorifika lil Alla: Permezz taʼ tixbiha, Ġesù ħeġġeġ lis-​segwaċi tiegħu biex jagħmlu progress bħala predikaturi. Hu qabbel lilu nnifsu maʼ dielja u s-​segwaċi midlukin tiegħu maʼ friegħi. Hu qal li l-​Missier inaddaf kull fergħa li tagħti l-​frott “biex tagħti iktar frott.” (Ġw. 15:2) Eżatt bħalma sid id-​dielja jixtieq li l-​friegħi tad-​dielja tiegħu jkunu iktar produttivi, hekk ukoll Ġeħova jrid li nkomplu nikbru fl-​abbiltà tagħna li nipproduċu “l-​frott tax-​xofftejn.” (Ebr. 13:15) X’riżultat sodisfaċenti jkun hemm meta nagħmlu progress bħala evanġelizzaturi? Ġesù jagħtina t-​tweġiba: “Missieri hu glorifikat b’dan, li tibqgħu tagħtu ħafna frott.”—Ġw. 15:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja