TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 KORINTIN 10-13
Ġeħova hu leali
Ġeħova għandu mnejn jagħżel li jneħħi prova. Madankollu, spiss hu ‘jiftħilna t-triq’ billi jipprovdilna dak li għandna bżonn biex jirnexxilna nissaportu l-prova.
Hu jistaʼ jgħinna naħsbu b’mod ċar u jistaʼ jinkuraġġina u jfarraġna permezz tal-Kelma tiegħu, l-ispirtu qaddis tiegħu, u l-ikel spiritwali li jipprovdilna.—Mt 24:45; Ġw 14:16; Rum 15:4
Hu jistaʼ jiggwidana permezz tal-ispirtu qaddis tiegħu, li jistaʼ jgħinna niftakru rakkonti u prinċipji tal-Bibbja u mbagħad naraw liema passi għaqlin għandna nieħdu.—Ġw 14:26
Hu jistaʼ juża l-anġli biex jgħinna.—Eb 1:14
Hu jistaʼ jgħinna permezz t’adoraturi sħabna.—Kol 4:11