GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif il-Kristjani fil-Karibew ibbenefikaw mix-xogħol t’għajnuna tagħna
Illum, bħal fl-ewwel seklu, aħna għandna l-privileġġ li nuru l-imħabba tagħna lejn il-Kristjani sħabna li ntlaqtu minn xi diżastru. (Ġw 13:34, 35) Ara l-vidjow L-imħabba fl-azzjoni—Għajnuna fil-gżejjer biex tara kif il-Kristjani għenu lil ħuthom li jgħixu fil-Karibew, u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
Ħutna fil-Karibew kif ġew effettwati mill-Uragan Irma u l-Uragan Maria?
Ġeħova kif għen lil ħutna fil-Karibew permezz tal-Kristjani sħabhom?
Il-vittmi tal-uragani kif ġew effettwati mill-imħabba u l-ġenerożità taʼ ħuthom?
Kemm-il ħu u oħt taw daqqa t’id meta kien hemm diżastru fil-Karibew?
Ilkoll kemm aħna kif nistgħu ngħinu meta jkun hemm diżastru?
Dan il-vidjow kif ġiegħlek tħossok dwar il-fatt li int parti minn din l-organizzazzjoni li turi tant imħabba?