GĦIX BĦALA KRISTJAN
L-art “belgħet ix-xmara”
Matul l-istorja, kien hemm diversi drabi li l-awtoritajiet sekulari għenu lin-nies taʼ Ġeħova. (Esd 6:1-12; Est 8:10-13) Anke fi żmienna, rajna “l-art”—jiġifieri mexxejja f’diversi pajjiżi li huma iktar raġunevoli—tiblaʼ x-“xmara” taʼ persekuzzjoni li kkaġuna d-“dragun,” Satana x-Xitan. (Ri 12:16) Ġeħova, l-‘Alla li jsalva,’ jistaʼ xi drabi jqanqal lill-mexxejja umani biex jipprovdu serħan għall-poplu tiegħu.—Sa 68:20; Pr 21:1.
Xi ngħidu, imma, jekk tinsab fil-ħabs minħabba l-fidi tiegħek? Qatt tiddubita li Ġeħova qed jgħasses fuqek. (Ġen 39:21-23; Sa 105:17-20) Kun ċert li l-fidi tiegħek se tiġi premjata u li l-integrità tiegħek tinkuraġġixxi lil ħutek mad-dinja kollha.—Flp 1:12-14; Ri 2:10.
ARA L-VIDJOW L-AĦWA KOREANI JINĦELSU MILL-ĦABS, U MBAGĦAD WIEĠEB DAWN IL-MISTOQSIJIET:
Matul is-snin, għaliex kien hemm eluf t’aħwa fil-Korea t’Isfel li ntbagħtu l-ħabs?
Liema sentenzi tal-qrati wasslu biex xi wħud minn ħutna jinħelsu qabel iż-żmien?
Kif nistgħu ngħinu lil ħutna madwar id-dinja li bħalissa jinsabu fil-ħabs minħabba l-fidi tagħhom?
Kif għandna nużaw kwalunkwe libertà li qed ingawdu bħalissa?
Fl-aħħar mill-aħħar, min hu responsabbli għal kwalunkwe każ li nirbħu fil-qrati?
Jien kif qed nuża l-libertà li għandi?