TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 6-8
“Għamel preċiż hekk”
Immaġina xi sforz riedu jagħmlu Noè u l-familja tiegħu biex jibnu l-arka mingħajr l-għodda u l-metodi taʼ bini li għandna llum.
L-istruttura kienet enormi—twila madwar 133 metru, wiesgħa 22 metru, u għolja 13-il metru
Kellhom jaqtgħu s-siġar, iqattgħuhom skont id-daqs u l-forma li kellhom bżonn, u jtellgħuhom f’posthom
Kellhom jiksu l-istruttura enormi bil-qatran minn barra u minn ġewwa
Kellhom jaħżnu provvista t’ikel għal sena għall-familja tagħhom u għall-annimali
X’aktarx li l-proġett dam minn 40 sa 50 sena biex jitlesta
Dan ir-rakkont kif jistaʼ jinkuraġġina meta nsibuha diffiċli biex nagħmlu dak li jitlob minna Ġeħova?