TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 35-36
Ġeħova Jgħinna Biex Nagħmlu x-Xogħol Tiegħu
L-ispirtu qaddis taʼ Ġeħova għen lil Besalel u Oħolijab jimxu mal-pjanijiet dettaljati għat-tabernaklu. Illum, l-ispirtu qaddis b’saħħtu taʼ Ġeħova xorta għadu hemm għall-qaddejja tiegħu. Kif nistgħu nibbenefikaw minnu?
Aħna rridu nitolbu għall-ispirtu qaddis biex itejjeb l-abbiltajiet tagħna hekk kif naqdu lil Ġeħova
Irridu nistudjaw tajjeb il-Kelma t’Alla
Irridu nagħmlu l-aħjar li nistgħu f’kull responsabbiltà li jkollna
Ġeħova għal liema responsabbiltajiet jistaʼ jgħinek?