16-22 TAʼ ĠUNJU
PROVERBJI 18
Għanja 90 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Inkuraġġixxi lil Dawk li Għandhom Problemi taʼ Saħħa
(10 min.)
Ħalli l-għerf t’Alla jgħinek tkun taf x’għandek tgħid (Pr 18:4; w22.10 22 ¶17)
Ipprova ifhem minn xiex tkun għaddejja l-persuna (Pr 18:13; mrt artiklu 19 kaxxa)
Kun ħabib paċenzjuż u lest li tgħin (Pr 18:24; wp23.1 14 ¶3–15 ¶1)
STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Kif nistaʼ ngħin lir-raġel jew lill-mara tiegħi li qed tbati minħabba problemi taʼ saħħa jew mard mentali?’
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Pr 18:18—Fi żmien il-Bibbja għala kienu jużaw ix-xorti? (it-2 271-272)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja ta’ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Pr 18:1-17 (th studju 11)
4. Ibda Konversazzjoni
(minuta) MINN DAR GĦAL DAR. Il-persuna titkellem lingwa oħra. (lmd lezzjoni 2 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(3 min.) F’POST PUBBLIKU. Il-persuna tgħidlek biex ma ddumx. (lmd lezzjoni 7 punt 4)
6. Kompli Ibni l-Interess
(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Għallem lill-persuna verità importanti dwar is-Saltna t’Alla. (lmd lezzjoni 9 punt 5)
7. Spjega Dak li Temmen
(4 min.) Turija. ijwfq artiklu 29—Tema: Temmen li Alla Ħalaq Kollox f’Sitt Ijiem Letterali? (lmd lezzjoni 5 punt 5)
Għanja 144
8. Ngħinu lil Dawk li Nħobbu Jersqu Qrib Ġeħova ‘b’Dak li Nagħmlu’
(15 min.) Diskussjoni.
Ħafna minna nafu lil xi ħadd li bħalissa mhux jaqdi lil Ġeħova, forsi r-raġel jew il-mara, it-tifel jew it-tifla, jew xi ħabib tal-qalb tagħna. Ġieli nsistejt iżżejjed jew anki kont arroganti biex tipprova ġġiegħlu jaqdi lil Ġeħova? Għalkemm inkunu nixtiequ ngħinuh, dak li ngħidu jistaʼ jagħmel iktar ħsara. (Pr 12:18) Kif nistgħu ngħinuh b’mod aħjar?
L-ewwel Pietru 3:1 jispjega li dawk l-irġiel li ma jaqdux lil Ġeħova “forsi jibdew jobdu” minħabba l-eżempju tan-nisa tagħhom. Għalkemm ir-raġel taʼ oħt ma jkunx irid jitkellem dwar il-Bibbja, hi xorta tistaʼ tgħinu jsir jaf lil Ġeħova. Mill-Bibbja hi tgħallmet li għandha taġixxi bi mħabba, tkun għaqlija, u turi qalb tajba. Dan jistaʼ jgħin biex ir-raġel tagħha jinbidel. (Pr 16:23) Meta naġixxu sew u nkunu qalbna tajba nistgħu nħallu effett tajjeb fuq il-maħbubin tagħna li bħalissa ma jaqdux lil Ġeħova.—Ara n-nota taʼ studju bl-Ingliż dwar “Gracious” maʼ Kol 4:6, nwtsty.
Uri l-VIDJOW Aħwa li Qed Iżommu Fidi Soda—Dawk li Għandhom ir-Raġel jew il-Mara bi Twemmin Differenti. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
X’tgħallimt mill-esperjenza taʼ oħtna Sasaki?
X’tgħallimt mill-esperjenza taʼ oħtna Ito?
X’tgħallimt mill-esperjenza taʼ oħtna Okada?
9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 27 ¶23-26, kaxxi f’pp. 214, 217