LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb25 Novembru pp. 4-5
  • 10-16 taʼ Novembru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 10-16 taʼ Novembru
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2025
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2025
mwb25 Novembru pp. 4-5

10-16 TAʼ NOVEMBRU

L-GĦANJA TAʼ SALAMUN 3-5

Għanja 31 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Importanti li Jkollna Kwalitajiet Sbieħ

(10 min.)

Il-mod taʼ kif tkellmet it-tfajla Sulamija wera l-kwalitajiet sbieħ li kellha (Għn 4:​3, 11; w15 1/15 28 ¶8)

Minħabba li kienet tobdi l-livelli għoljin taʼ Ġeħova, hi kienet imqabbla maʼ ġnien sabiħ ħafna (Għn 4:12; w00 11/1 11 ¶17)

Kulħadd jistaʼ jkollu kwalitajiet sbieħ u jkun persuna tajba, u dan hu iktar importanti milli tkun sabiħ minn barra (g05 1/8 9 ¶2-5)

Grupp taʼ Stampi: 1. Oħt b’imħabba qed tinkuraġġixxi oħt iżgħar minnha li hi mdejqa. 2. Ħu żagħżugħ, b’ferħ, qed jgħin lil ħu ikbar fl-età waqt li qed jaħdmu fuq is-service flimkien.

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘X’inhuma l-iktar kwalitajiet li napprezza f’oħrajn?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Għn 3:5—It-“tfajliet taʼ Ġerusalemm” għala ġew imġegħlin jaħilfu “bl-għażżiela u biċ-ċerva”? (w06 11/15 18 ¶4)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

(4 min.) Għn 4:​1-16 (th studju 2)

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 6 punt 4)

5. Ibda Konversazzjoni

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Uri lill-persuna kif issib informazzjoni fuq jw.org fil-lingwa tagħha. (lmd lezzjoni 4 punt 3)

6. Taħdita

(5 min.) lff Lezzjoni 52 para. 1-3—Ġeħova Jinteressah minn Kif Nilbsu u Nidhru (th studju 1)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 36

7. Iżżewweġ lil Xi Ħadd li Jħobb lil Ġeħova (Ġen 28:2)

(8 min.)

Uri l-VIDJOW.

8. Se Tkun Raġel Jew Mara Tajba?

(7 min.) Diskussjoni.

Int qed tfittex lil xi ħadd biex tiżżewweġ? Jekk hemm ħu jew oħt li tixtieq tiżżewweġ u tinnotak, tara li int spiritwali u li għandek kwalitajiet sbieħ? Għalkemm persuna tidher li hi spiritwali, meta tinnotaha f’sitwazzjonijiet differenti se tkun tistaʼ tara jekk hix vera persuna spiritwali jew le.

Oħt qed tagħti postha fuq tal-linja lil mara ikbar fl-età.
Ħu qed joffri tract lil kollega waqt li ħerġin mis-sit taʼ kostruzzjoni fejn kienu qed jaħdmu.
Żewġ aħwa rġiel u żewġ aħwa nisa qed jaħdmu flimkien fuq is-service. Ħu minnhom qed jgħid lill-aħwa nisa fejn għandhom imorru jippritkaw.

Dawn li ġejjin huma kwalitajiet li persuna spiritwali għandha turi. Maʼ kull kwalità ikteb skrittura li taqbel, u aħseb jekk turix dawn il-kwalitajiet.

  • Inħobb lil Ġeħova u nuri fidi fih

  • Inkun kap tal-familja tajjeb jew mara li nuri rispett lejn ir-raġel tiegħi

  • M’iniex egoist u nagħmel dak li jixtieq ħaddieħor minflok dak li nixtieq jien

  • Kapaċi nieħu deċiżjoni tajba, ibbilanċjat, u raġonevoli

  • Nagħmel xogħli sew u bieżel

9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) lfb lezzjonijiet 34-35

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 44 u Talba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja