LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 5/8 p. 31
  • Xbieki tas-Sajd Ċiniżi fl-Indja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Xbieki tas-Sajd Ċiniżi fl-Indja
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kif Jaħdmu?
  • Naqdu Bħala Sajjieda tal-Bnedmin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Erbaʼ Dixxipli Jiġu Msejħin
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Erbaʼ dixxipli jsiru sajjieda tal-bnedmin
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Ġesù jerġaʼ jidher lid-dixxipli tiegħu
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 5/8 p. 31

Xbieki tas-​Sajd Ċiniżi fl-​Indja

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FL-​INDJA

MAL-​KOSTA tal-​punent taʼ l-​Indja, 250 kilometru mill-​ponta tan-​nofsinhar tas-​sottokontinent Indjan, tinsab il-​belt taʼ Kochi, li qabel kienet tissejjaħ Cochin. Fuq iż-​żewġ naħat tad-​daħla tal-​baħar, ix-​xtajta hija mimlija bi xbieki tas-​sajd differenti minn tas-​soltu. Dawn huma xbieki tas-​sajd stil Ċiniż u jinżammu maqtugħin ’il fuq mill-​ilma mill-​erbaʼ trufijiet tagħhom. Dawn kif spiċċaw f’dan il-​post?

In-nies Ċiniżi kienu jgħixu f’dan ir-​reġjun mit-​tmien seklu E.K. ’l quddiem, u huwa maħsub li n-​negozjanti Ċiniżi mill-​familja taʼ Kublai Khan ġabu xbieki taʼ dan it-​tip għall-​ewwel darba f’Cochin qabel l-​1400. Ħafna ħut jistaʼ jinqabad qrib ix-​xatt fl-​ilmijiet taʼ madwar Cochin. B’hekk, dawn l-​inġenji tas-​sajd twal u mħaddmin min-​nies għamlu xogħolhom sew għal iktar minn seklu, sakemm l-​Għarab keċċew liċ-​Ċiniżi ’l barra.

Malli telqu ċ-​Ċiniżi, ix-​xbieki tneħħew. Imma kmieni fis-​seklu 16, il-​Portugiżi keċċew lill-​Għarab. Milli jidher, kienu l-​Portugiżi li reġgħu daħħlu f’Cochin xbieki bħal dawn, billi ġabuhom lura mill-​gżejjer taʼ Macao, li dak iż-​żmien kienu kolonja Portugiża fix-​xlokk taċ-​Ċina.

Għalkemm l-​idea taʼ dawn ix-​xbieki Ċiniżi ilha minn żmien żemżem, xorta waħda għadhom jagħmlu xogħolhom tajjeb, u tistaʼ tgħid ma saret l-​ebda bidla fl-​għamla jew fil-​mod kif kienu jintużaw oriġinalment. Dawn ikomplu jipprovdu l-​għajxien lil bosta sajjieda u ikel għal ħafna nies. Fil-​fatt, qabda taʼ ħut b’xibka waħda tistaʼ titmaʼ villaġġ sħiħ. Imma minbarra li huma effettivi, ix-​xbieki jolqtu l-​għajn ukoll, speċjalment meta tarahom fid-​dawl tas-​sebħ jew f’inżul ix-​xemx.

Kif Jaħdmu?

Ix-​xbieki Ċiniżi enormi jaħdmu permezz taʼ bastun tal-​lieva u kontrapiżijiet li jintużaw biex jibbilanċjaw it-​toqol tax-​xibka u l-​qabda tal-​ħut. Meta ma tkunx qed tintuża, ix-​xibka u l-​qafas taʼ magħha jintrefgħu ’l fuq mill-​ilma. Is-​sajd jibda minn kmieni fil-​għodu u jdum sejjer għal erbaʼ jew ħames sigħat. Ix-​xbieki jitniżżlu bil-​galbu fl-​ilma billi s-​sajjieda jirranġaw il-​piżijiet li jkun hemm fuq in-​naħa l-​oħra tal-​qafas li jibbilanċja x-​xibka. Mod ieħor kif dan isir huwa billi l-​kaptan tas-​sajjieda jimxi fuq it-​travu prinċipali tax-​xibka. Ix-​xibka titħalla taħt l-​ilma minn 5 sa 20 minuta u malli jerġgħu jibdew itellgħuha bil-​mod, din tiġbor il-​ħut li jkun hemm qrib xatt il-​baħar. Minħabba s-​snin t’esperjenza li jkollu, il-​kaptan ikun jaf eżatt x’ħin għandha tintrafaʼ x-​xibka.

Malli l-​kaptan jagħti s-​sinjal, il-​ħames jew sitt sajjieda l-​oħra li jkun hemm jgħollu x-​xibka billi jiġbdu l-​ħbula li jkunu marbutin mal-​kontrapiżijiet. Huma u jiġbdu x-​xibka ’l fuq, l-​ewwel ma jidhru huma t-​truf. B’hekk, ix-​xibka tieħu l-​għamla taʼ skutella bil-​ħut ġo fiha. X’eċċitament għas-​sajjieda! Wara qabda tajba, huma jtaptpu fuq dahar xulxin biex jesprimu l-​ferħ li jkollhom. Iktar tard il-​ħut jinbiegħ f’irkant lin-​negozjanti, lin-​nisa tad-​dar, u xi kultant lit-​turisti.

Iċ-Ċiniżi, l-​Għarab, u l-​Portugiżi ġew u marru. Imma x-​xbieki Ċiniżi jkomplu telgħin u neżlin fl-​ilmijiet taʼ Kochi, sewwa sew bħalma kienu jagħmlu iktar minn 600 sena ilu.

[Mappa f’paġna 31]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

Kochi

[Sors]

Mountain High Maps® Copyright © 1997 Digital Wisdom, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja