Ejja u Ismaʼ t-Taħdita Pubblika Bla Ħlas
Għala Għandek Taħseb fuq l-Għeġubijiet t’Alla”
IT-TAĦDITA t’hawn fuq se tingħata bħala t-taħdita prinċipali fil-Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah f’Malta. Din il-konvenzjoni taʼ tlett ijiem se jkun jisimha “Nagħmlu Dak li Tgħid il-Kelma t’Alla.” Il-programm se jiġi preżentat bl-Ingliż u bil-Malti. Din it-tema t’hawn fuq se tkun enfasizzata f’iktar minn 2,000 konvenzjoni oħra f’iktar minn 150 pajjiż madwar id-dinja.
Matul is-seklu 20, il-bnedmin wettqu affarijiet taʼ l-għaġeb u m’hemmx dubju li fis-seklu 21 se jwettqu ħafna iktar. Imma dawn l-għemejjel tal-bnedmin huma daqs tikka x’ħin tqabbilhom maʼ dak li wettaq Alla! Mhux taʼ b’xejn li wieħed raġel għaref li għex żmien twil ilu ħeġġeġ: “Aħseb fuq l-għeġubijiet taʼ Alla.”—Ġob 37:14.
X’lezzjonijiet għandna nieħdu mill-ħolqien taʼ madwarna, bħal ngħidu aħna x-xita, is-silġ, ir-riħ u l-baħar? Is-sors taʼ dawn l-affarijiet kif għandu jinfluwenza lil ħajjitna llum? It-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet u oħrajn se tingħata matul it-taħdita.
L-indirizz u d-data tal-konvenzjoni hawn Malta huma mniżżlin hawn taħt.
Mit-8 sa l-10 taʼ SETTEMBRU
New Dolmen Hotel Conference Centre, Qawra,
San Pawl il-Baħar.