LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 1/8 p. 3
  • Maqbudin fi Żwieġ Bla Mħabba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Maqbudin fi Żwieġ Bla Mħabba
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Huwa d-Divorzju s-Soluzzjoni?
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2001
g01 1/8 p. 3

Maqbudin fi Żwieġ bla Mħabba

“F’soċjetà fejn isiru ħafna divorzji, mhux talli hemm probabbiltà kbira li ħafna iktar żwiġijiet neqsin mill-​ferħ jispiċċaw f’divorzju, imma iżjed minn hekk, il-​probabbiltà hi li iktar żwiġijiet jispiċċaw neqsin mill-​ferħ.”​—KUNSILL TAL-​FAMILJI FL-​AMERIKA.

INTQAL li ħafna mill-​ferħ fil-​ħajja u ħafna mill-​miżerja tagħha ġejjin mill-​istess sors—iż-​żwieġ. Fil-​fatt, hemm ftit affarijiet oħra fil-​ħajja li jistgħu jġibu daqstant gost—jew inkella daqstant imrar. Bħalma tindika l-​kaxxa t’hawnhekk, ħafna koppji qed iġarrbu wisq imrar.

Imma l-​istatistiċi rigward id-​divorzju juru biss parti mill-​problema. Għal kull żwieġ li jegħreq fil-​maltemp, hemm għadd kbir taʼ żwiġijiet oħra li jkomplu għaddejjin imma mill-​banda l-​oħra jibqgħu fl-​istess ilma, bil-​problemi. “Xi darba konna familja ferħana, imma dawn l-​aħħar 12-il sena kienu koroh ferm,” stqarret waħda mara li ilha miżżewġa għal iktar minn 30 sena. “Ir-​raġel ma jimpurtahx minn kif inħossni. Tassew huwa l-​akbar għadu taʼ l-​emozzjonijiet tiegħi.” B’mod simili, raġel li ilu miżżewweġ 25 sena lmenta: “Marti qaltli li m’għadhiex tħobbni. Hi tgħid li jekk sempliċement nibqgħu neżistu bħala tnejn li jgħixu fl-​istess dar u kull wieħed minna jmur għal rasu fil-​ħin tad-​divertiment, is-​sitwazzjoni tkun waħda li nissaportuha.”

M’għandniex xi ngħidu, xi wħud li jkunu f’din is-​sitwazzjoni mwegħra jtemmu ż-​żwieġ tagħhom. Madankollu, għal ħafna d-​divorzju huwa impossibbli. Għala? Skond Dr. Karen Kayser, ċerti fatturi bħat-​tfal, il-​fama ħażina fil-​komunità, il-​finanzi, il-​ħbieb, il-​qraba, u t-​twemmin reliġjuż jistgħu jżommu lil koppja flimkien, anki jekk ma jkunx hemm imħabba bejniethom. Hi tgħid li billi ma tantx ikun hemm iċ-​ċans li jiddivorzjaw legalment, dawn il-​miżżewġin jagħżlu li jibqgħu flimkien bħala divorzjati emozzjonalment.

Għandhom tnejn miżżewġin li r-​relazzjoni taʼ bejniethom tkun birdet jaqtgħu qalbhom li qatt se jkollhom ħajja sodisfaċenti? Huwa żwieġ bla mħabba l-​unika għażla li għandek minflok id-​divorzju? L-​esperjenza turi li ħafna żwiġijiet li għandhom l-​inkwiet jistgħu jiġu salvati—mhux biss mill-​uġigħ tal-​firda imma wkoll mill-​miżerja li jġib miegħu n-​nuqqas taʼ mħabba.

[Kaxxa f’paġna Nru 3]

ID-​DIVORZJU MADWAR ID-​DINJA

• L-​Awstralja: Ir-​rata tad-​divorzji kważi żdiedet b’erbaʼ darbiet mill-​bidu tas-​snin 60 ’l hawn.

• Il-​Britannja: Skond ma hu mbassar, 4 minn kull 10 żwiġijiet se jispiċċaw f’divorzju.

• Il-​Ġappun u l-​Kanada: Id-​divorzju jolqot lil madwar terz taż-​żwiġijiet.

• L-​Istati Uniti: Mill-​1970 ’l hawn, dawk li jiżżewġu sar għandhom biss 50 fil-​mija ċans li jibqgħu flimkien.

• Iż-​Żimbabwe: Id-​divorzju jtemm madwar 2 minn kull 5 żwiġijiet.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja