LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 1/8 p. 30
  • Mill-Qarrejja Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mill-Qarrejja Tagħna
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2001
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2001
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Mill-Qarrejja Tagħna
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 1/8 p. 30

Mill-​Qarrejja Tagħna

Il-​Marda taʼ Huntington Ikolli ngħidilkom grazzi minn qalbi għall-​artiklu “Il-​Marda taʼ Huntington—Traġedja Ġenetika li Tajjeb li Tifhimha.” (8 t’April, 2000) Żewġi kien milqut b’din il-​marda u ħadt ħsiebu għal 20 sena. Dan l-​artiklu nkiteb b’mogħdrija u b’konsiderazzjoni lejn il-bżonnijiet u l-​emozzjonijiet taʼ dawn l-​uħud u t’oħrajn, u se jkun hemm ħafna li se jieħdu pjaċir jaqrawh.

N. G., New Zealand

Grazzi taʼ l-​artiklu. L-​ispjegazzjoni li tajtu kienet iktar sempliċi minn dik li tana t-​tabib. Ommi saret taf li għandha l-​marda taʼ Huntington madwar tliet snin ilu. Taqsamlek qalbek x’ħin taraha titħabat biex titkellem, tiekol, u timxi. Xi ħaġa li ma semmejtux hija li min ibati b’din il-​marda donnu iktar jibqaʼ jiftakar affarijiet li jkunu ġraw fil-​passat milli affarijiet li jkunu ġraw iktar reċenti. Mela fil-​każ taʼ wħud li qegħdin fi stadju avanzat taʼ din il-​marda, tistaʼ tkun t’għajnuna u faraġ jekk titkellem magħhom dwar ħbieb antiki jew toqgħod tara xi ritratti antiki magħhom.

J. M., Stati Uniti

Erbaʼ snin ilu r-​raġel tiegħi sar jaf li għandu l-​marda taʼ Huntington. Madwar sena u nofs ilu, jien ktibt lill-​pubblikaturi taʼ Stenbaħ! u tlabthom għajnuna dwar dan is-​suġġett. X’ħin rajt dan l-​artiklu bkejt biki taʼ serħan u ferħ.

D. B., Stati Uniti

Kif Tittieħed l-​Epatite Mid-​dehra kien hemm żball fil-​ħarġa tat-​8 taʼ Mejju, 2000, “Ħarsa Lejn id-​Dinja” fil-​parti “L-​Iktar Infezzjoni Komuni li Tinġarr fid-​Demm.” Intom għedtu li l-​virus taʼ l-​epatite Ċ [HCV] jittieħed l-​iktar permezz taʼ kuntatt sesswali jew minn demm infettat. Fil-​fatt, hija xi ħaġa rari li l-​virus jittieħed permezz tas-​sess u dan jiġri biss f’ċirkustanzi speċifiċi, bħal per eżempju matul il-​menstruwazzjoni.

C. A., Franza

L-​artiklu qasir setaʼ nftiehem ħażin, peress li l-​kuntatt sesswali ma jidhirx li jilgħab parti daqshekk kbira f’li tinfirex l-​epatite Ċ daqs l-​użu tad-​drogi minn ġol-​vini. Skond il-​“Harvard Health Letter” taʼ Frar 1996, nies miżżewġin lil uħud infettati bl-​HCV jinsabu fi ftit jew xejn riskju. Madankollu, artiklu li deher fil-​ħarġa tad-​19 t’Awissu, 1999, f’“The New England Journal of Medicine” qal hekk rigward l-​għadd taʼ każi taʼ infezzjoni taʼ l-​HCV fl-​Istati Uniti mill-​1988 sa l-​1994: “L-​iktar fatturi qawwija li ġew marbuta b’mod indipendenti maʼ l-​infezzjoni taʼ l-​HCV kienu l-​użu illegali tad-​drogi u l-​aġir sesswali li jinvolvi ħafna riskji.” L-​artiklu kompla jgħid li għalkemm l-​HCV ma tantx tinxtered permezz taʼ l-​attività sesswali, hemm ħafna nies li huma infettati b’mod kroniku u dawn qed iżidu ċ-​ċans li jgħaddu din il-​marda lil nies oħra li jkollhom iktar minn sieħeb jew sieħba waħda.—ED.

Il-​Body Piercing Grazzi għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Xi Ngħidu għall-​Body Piercing?” (8 t’April, 2000) Jien għandi 16-il sena u ili xi żmien naħsibha jekk nagħmilx imsielet f’xi partijiet differenti taʼ ġismi. Għalkemm kont staqsejt diversi nies biex jgħiduli x’jaħsbu dwar dan, xorta ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. Madankollu, l-​artiklu ċar u informattiv għenni nirrealizza li l-​body piercing żgur ma jgħoddx għalija, avolja sar popolari ħafna.

E. C., Ingilterra

Jien kont inkanta fi grupp li jdoqq mużika punk rock, u l-​artiklu tagħkom fuq il-​body piercing rajtu f’waqtu ħafna. X’ironija hi li n-​nies jipprovaw ikunu differenti billi jimxu maʼ l-​aħħar moda!

F. S., Stati Uniti

Missirijiet Adolexxenti Qed nikteb biex nesprimi l-​apprezzament profond tiegħi għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Se Nsir Raġel Jekk Inkun Missier?” (8 taʼ Mejju, 2000) Jien għandi 28 sena u għadni ġuvni, u naqdi bħala pijunier speċjali, jew evanġelizzatur full-time. F’din il-​parti taʼ l-​Afrika tal-​Punent, xi ħadd taʼ l-​età tiegħi li m’għandux mara jew għarusa huwa meqjus bħala bniedem mhux ċivilizzat u impotenti. Minħabba f’hekk taʼ spiss iwaqqgħuni għaċ-​ċajt u jħarsu lejja b’disprezz. Madankollu, l-​artiklu tagħkom saħħaħli d-​determinazzjoni tiegħi li nibqaʼ nadif moralment.

A. E., Gana

Jien kont għadni adolexxent meta tlift il-​verġinità tiegħi u kkommettejt iż-​żína maʼ ġuvni wara l-​ieħor. Kull darba kont inħossni maħmuġa u taʼ spiss kienu jieħdu vantaġġ minni. Minħabba f’hekk spiċċajt dipressa. Jehovah għenni biex innaddaf ħajti, u issa ninsab ferħana miżżewġa lil raġel mill-​aħjar. Imma tagħmlu tajjeb li tippubblikaw artikli bħal dawn għax b’hekk tgħinu rġiel żgħażagħ jirrealizzaw li dak li jagħmlu jistaʼ jweġġaʼ lil tfajla għal għomorha.

F.A.S., Ġermanja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja