LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 5/8 p. 11
  • Nistgħu Nsalvawha s-Siġra tal-Kandelabru?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nistgħu Nsalvawha s-Siġra tal-Kandelabru?
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2001
g01 5/8 p. 11

Nistgħu Nsalvawha s-​Siġra tal-​Kandelabru?

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​BRAŻIL

ŻMIEN ilu, in-​naħa taʼ isfel tal-​Brażil kienet miksija bis-​siġar taʼ l-​arżnu. Dawn is-​siġar taħsibhom xi gandlier bil-​friegħi. Tant hu hekk li speċi minnhom bix-​xieraq saret magħrufa bħala “s-​siġra tal-​kandelabru,” magħrufa wkoll bħala l-​arżnu taʼ Paraná u l-​awrikarja Brażiljana.

Il-prinjoli tas-​siġra tal-​kandelabru jikbru iktar minn larinġa kbira. Fil-​fatt, xi wħud minnhom ikunu jiżnu sa 5 kilogrammi. Kull prinjola jistaʼ jkollha sa 150 żerriegħa, imsejħa pinhões bil-​Portugiż. Meta l-​prinjola ssir, din tinfaqaʼ b’ħoss kbir u ż-​żerriegħa taqaʼ.

Iż-żerriegħa, li għandha r-​riħa u t-​togħma tal-​qastan, tittiekel mill-​bnedmin, mill-​għasafar, u mill-​annimali. Il-​pinhões huma sors tajjeb taʼ proteini u kalċju. Żmien ilu, dawn kienu l-​ikel ewlieni taʼ xi wħud mit-​tribujiet li għexu fin-​naħa taʼ isfel tal-​Brażil. Iż-​żerriegħa għadha tintuża sa llum. Per eżempju, fl-​Istat taʼ Santa Catarina fil-​Brażil, iż-​żerriegħa tintuża f’ħafna mill-​ikel tal-​post, bħal per eżempju l-​paçoca de pinhão (pinhões imfarrkin).

Is-siġra tal-​kandelabru bdiet tinqered bil-​mod il-​mod fis-​seklu 18, meta l-​Ewropej li ġew jgħammru hawnhekk raw kemm din is-​siġra kienet tajba għall-​injam. Fi żmien qasir, is-​siġar tal-​kandelabru bdew jitqaċċtu biex jinbnew id-​djar jew biex jagħmlu l-​wisaʼ għall-​għelieqi tal-​qamħ u tad-​dwieli. Maż-​żmien, iktar bdew jitqaċċtu siġar milli jinżergħu. Issa, baqaʼ biss ftit irqajjaʼ taʼ siġar ’l hawn u ’l hinn. Minħabba f’hekk, il-​prezz tas-​siġra tal-​kandelabru għola ħafna. Wieħed raġel li ilu jaħdem l-​injam tal-​kandelabru għal 50 sena qal li l-​arżnu m’għadux jitqies biss bħala sors taʼ l-​injam imma sar jiswa mitqlu deheb.

Ir-riċerkaturi jgħidu li s-​siġra tal-​kandelabru għadha teżisti grazzi għall-​azure jay. Dan l-​għasfur, li l-​ħin kollu jtir minn post għal ieħor, jiekol iż-​żerriegħa tas-​siġra tal-​kandelabru u jaħżen xi ftit minnha fil-​ħażiż u fis-​siġar tal-​felċi mejtin. Iktar tard, xi wħud minn dawn iż-​żrieragħ jinbtu. Għaldaqstant, f’ċertu sens nistgħu ngħidu li l-​azure jay huwa ġardinar bieżel biex iħawwel is-​siġar tal-​kandelabru! Madankollu, b’sogħba, in-​numru taʼ dan it-​tip t’għasfur qed imajna minħabba li l-​foresti taʼ l-​arżnu qed jinqerdu.

Xi kumpaniji li jaqtgħu s-​siġar għall-​injam issa qed jipprovaw iżommu u jipproteġu msaġar żgħar u qegħdin ukoll iħawlu s-​siġar tal-​kandelabru f’diversi partijiet fin-​naħa taʼ isfel tal-​Brażil. Forsi dan iwassal biex is-​siġra tal-​kandelabru ma tinqeridx għalkollox imma terġaʼ tirpilja.

[Stampi f’paġna 11]

Kull prinjola jkollha sa 150 “pinhão”

[Sors]

Siġra u prinjoli: Marcos Castelani

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja