LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 8/8 pp. 16-18
  • Fix-Xifer taʼ l-Estinzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fix-Xifer taʼ l-Estinzjoni
  • Stenbaħ!—2001
  • Materjal Simili
  • Jistgħu l-Ispeċi li Hawn fuq l-Art Jiġu Salvati?
    Stenbaħ!—2001
  • Ħarsa Eqreb Lejn iż-Żuwijiet tal-Lum
    Stenbaħ!—2012
  • Speċi Mhedda bl-Estinzjoni
    Stenbaħ!—2005
  • Għala Qegħdin fil-Periklu?
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 8/8 pp. 16-18

Fix-​Xifer taʼ l-​Estinzjoni

Sam, il-​gurilla taʼ tliet snin li hemm fir-​ritratt, jidher imdejjaq ħafna. Imma mhux taʼ b’xejn. Il-​kaċċaturi qatlulu lil ommu, u ħallewh orfni bla tama li jerġaʼ lura ħieles fl-​ambjent naturali tiegħu. Sfortunatament, ftit xhur wara li ttieħed dan ir-​ritratt, Sam miet b’marda li għandha x’taqsam man-​nifs. Imma ma kienx l-​uniku gurilla bla prospetti sbieħ li jibqaʼ ħaj.

Ħafna annimali bħal dawn żdiedu mal-​lista taʼ speċi li jinsabu fil-​periklu minħabba l-​qerda kontinwa taʼ l-​abitat naturali tagħhom. U peress li f’xi postijiet il-​gurilli jinqatlu għall-​ikel, dawn l-​annimali jinsabu f’periklu li ma jibqgħux jeżistu minħabba l-​kaċċaturi li huma armati bi xkubetti moderni. Għalkemm il-​futur tal-​gurilli ma tantx jidher li huwa sabiħ, dak taʼ ħafna speċi oħrajn huwa ħafna iktar ikrah.

Rapport imħejji mill-​Għaqda Internazzjonali għall-​Ħarsien tan-​Natura u r-​Riżorsi Naturali (International Union for Conservation of Nature and Natural Resources [IUCN]) jiddeskrivi l-​istat taʼ ħafna mill-​annimali salvaġġi fid-​dinja bħala stat taʼ niket. Fl-​aħħar snin li għaddew, iktar speċi waslu biex kważi jinqerdu, u r-​rata li qed jonqsu biha saret iktar tal-​biżaʼ. L-​IUCN, organizzazzjoni li toqgħod għassa għall-​istat taʼ eluf taʼ speċi, dan l-​aħħar ippubblikat ir-​Red List tagħha, bl-​iskop li turi iktar fil-​beraħ il-​qagħda mwiegħra tal-​ħajja taʼ l-​annimali salvaġġi li jinsabu fil-​periklu fuq il-​pjaneta tagħna.

Kważi kwart tal-​mammali kollha tad-​dinja u madwar għasfur minn kull tmienja, issa jinsabu fil-​periklu taʼ l-​estinzjoni. U dawn huma biss l-​ispeċi li hemm referenzi dwarhom. Għadna ma nafux f’liema stat taʼ konservazzjoni jinsabu l-​biċċa l-​kbira taʼ l-​ispeċi tal-​pjaneta tagħna.

Jekk tħossok imdejjaq b’din is-​sitwazzjoni traġika, aħseb u ara kif iħossu l-​Ħallieq tagħna. Hu jgħid fil-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja: “Kull bhima tal-​foresta hija tiegħi.” (Salm 50:10, Karm Żammit) Mela ma jistax ikun li ma jimpurtahx mill-​qerda għal xejn b’xejn taʼ xogħol idejh stess. Fil-​ktieb taʼ l-​Apokalissi, Alla jiżgurana li se ‘jeqred lil dawk li qegħdin jeqirdu d-​dinja.’—Apokalissi 11:18.

Is-Saltna t’Alla se tipproteġi kemm il-​ħajja taʼ l-​annimali u l-​pjanti salvaġġi fuq il-​pjaneta tagħna, u kemm l-​ambjent fraġli tagħha—li lkoll niddependu minnu. Dawn huma biss tnejn mix-​xogħlijiet urġenti li s-​Saltna se twettaq meta ‘Alla se jġedded kollox.’—Apokalissi 21:5; Mattew 6:10.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 16, 17]

Tigra (Panthera tigris)

◼ Kemm huwa kalkulat li hemm minnhom fl-​ambjent naturali tagħhom: minn xi 5,000 sa 7,500 (naqsu minn madwar 100,000 li kien hemm seklu ilu)

◼ Kaġuni ewlenin għala jinsabu fil-​periklu: il-​kaċċa illegali, l-​ivvelenar, it-​telf taʼ l-​abitat tagħhom, u l-​fatt li l-​gruppi taʼ tigri jinsabu iżolati minn xulxin

[[Kaxxa/Stampa f’paġna 17]

Panda Ġgantija (Ailuropoda melanoleuca)

◼ Kemm huwa kalkulat li hemm minnhom fl-​ambjent naturali tagħhom: 1,000—u b’hekk huwa wieħed mill-​iktar mammali rari fid-​dinja

◼ Kaġuni ewlenin għala jinsabu fil-​periklu: il-​qerda tal-​foresti tal-​bambù fil-​muntanji li jiddependu minnhom għall-​ikel; ir-​rata taʼ riproduzzjoni hija baxxa

[Sors]

Foto: Zoo, Santillana del Mar, Cantabria, España

[Kaxxa/Stampa f’paġna 17]

Orangutan (Pongo pygmaeus)

◼ Kemm huwa kalkulat li hemm minnhom fl-​ambjent naturali tagħhom: madwar 20,000

◼ Kaġuni ewlenin għala jinsabu fil-​periklu: in-​nirien fil-​foresti, il-​qtugħ tas-​siġar, il-​kaċċa illegali, u l-​kuntrabandu għan-​negozju t’annimali li jinżammu bħala delizzju

[Sors]

Foto: Zoo de la Casa de Campo, Madrid

[Kaxxa/Stampa f’paġna 18]

Panda Ħamra (Ailurus fulgens)

◼ Kemm huwa kalkulat li hemm minnhom fl-​ambjent naturali tagħhom: mhux magħruf, imma jidher li qed jonqsu mill-​inħawi naturali fejn jgħixu minħabba li l-​bnedmin qed jagħmlu ħsara lill-​abitat tagħhom u minħabba li r-​rata tar-​riproduzzjoni hija baxxa

◼ Kaġuni ewlenin għala jinsabu fil-​periklu: il-​kaċċa illegali, il-​qerda tal-​foresti tal-​bambù fil-​muntanji, u li l-​ħaxix jintuża għat-​trobbija taʼ merħliet oħra

[Sors]

Foto: Zoo de la Casa de Campo, Madrid

[Kaxxa/Stampa f’paġna 18]

Ix-​Xadina taʼ Goeldi (Callimico goeldii)

◼ Kemm huwa kalkulat li hemm minnhom fl-​ambjent naturali tagħhom: mhux magħruf (din il-​kategorija taʼ mammali ġiet skoperta fl-​1904)

◼ Kaġuni ewlenin għala jinsabu fil-​periklu: il-​qerda tal-​foresta tax-​xita taʼ l-​Amazon u l-​fatt li l-​gruppi taʼ dawn ix-​xadini jinsabu mxerrdin, u b’hekk jistgħu faċilment jispiċċaw iżolati minn xulxin

[Sors]

Foto: Zoo, Santillana del Mar, Cantabria, España

[Kaxxa/Stampa f’paġna 18]

Għarnuq Rasu Ħamra (Grus japonensis)

◼ Kemm huwa kalkulat li hemm minnhom fl-​ambjent naturali tagħhom: madwar 2,000

◼ Kaġuni ewlenin għala jinsabu fil-​periklu: il-​ħbit m’arbli tad-​dawl, il-​qerda taʼ l-​abitat fejn jitgħammru, u t-​tinġis

[Sors]

© 1986 Steve Kaufman

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja