LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 3/8 pp. 10-12
  • Ikel Mingħajr Periklu għal Kulħadd

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ikel Mingħajr Periklu għal Kulħadd
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ikel Perfett Mingħand il-​Ħallieq
  • Kemm Huwa Mingħajr Periklu l-Ikel Tiegħek?
    Stenbaħ!—2002
  • Ġeħova jieħu ħsieb il-​poplu tiegħu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Kif Se Tkun id-Dinja l-Ġdida?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Tbassar il-Futur Immedjat Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 3/8 pp. 10-12

Ikel Mingħajr Periklu għal Kulħadd

LI TIEKOL ikel bnin huwa t’għaxqa. Imma bħalma rajna, m’huwiex dejjem faċli li tikseb ikel bħal dan. Agħar minn hekk, hemm miljuni taʼ nies li m’għandhomx il-​lussu li jinkwetaw dwar jekk l-​ikel tagħhom huwiex mingħajr periklu jew sustanzjuż biżżejjed. Huma mħassbin dwar li jsibu biżżejjed ikel sempliċement biex jibqgħu jgħixu. Qatt jistaʼ jkun li kienet l-​intenzjoni t’Alla li l-​affarijiet ikunu hekk?

Aħseb dwar dan. Meta Alla poġġa l-​ewwel raġel u mara fuq l-​art, kellhom għalfejn jinkwetaw dwar l-​ikel? Dażgur li le! Ir-​rakkont fil-​ktieb Bibliku tal-​Ġenesi jgħid: “Il-​Mulej Alla nibbet mill-​art is-​siġar kollha li jpaxxu l-​għajn u bnina għall-​ikel.” (Ġenesi 2:9) Għalhekk, Adam u Eva kellhom varjetà pjaċevoli taʼ ikel kif ukoll provvista abbundanti u għal dejjem. Dak Alla li ħalaqhom kien jaf eżattament x’kellhom bżonn bħala nutriment; hu kien jaf ukoll x’kien se jġibilhom il-​ferħ. Huwa veru li aħna m’aħniex fil-​ġnien taʼ l-​Għeden illum. Imma biddlu Alla l-​iskop oriġinali tiegħu għall-​umanità u għall-​art?

Għandna raġuni valida biex nemmnu li dalwaqt kulħadd fuq l-​art se jgawdi ikel sustanzjuż u bnin bl-​abbundanza! Dan it-​twemmin jistaʼ jkun t’għajnuna kbira biex inżommu attitudni bilanċjata fuq il-​kwistjoni taʼ l-​ikel mingħajr periklu llum. Tama bħal din, jekk hi żgura u taʼ min joqgħod fuqha, tistaʼ tgħinna nevitaw li niżviluppaw ideat fanatiċi jew estremi.

Għala nistgħu nkunu ċerti li l-​ħajja dalwaqt se tkun differenti? Studenti entużjasti tal-​Kelma t’Alla jafu li bħalissa qed ngħixu fl-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema t’affarijiet. Is-​sistema preżenti hija gvernata mill-​għerf tal-​bniedem, li f’ħafna aspetti tal-​ħajja dan ikun dubjuż u jinkiseb biss wara li jsiru l-​iżbalji. Meta niġu għat-​teknoloġiji taʼ kif l-​ikel jiġi proċessat, hemm dubju kbir dwar jekk l-​ikel huwiex mingħajr periklu jew le. Dubju bħal dan joħloq biżaʼ, u nuqqas taʼ qbil u ftehim.—2 Timotju 3:​1-5.

Il-Ħallieq taʼ l-​umanità wiegħed li jbiddel din is-​sistema preżenti t’affarijiet maʼ waħda kompletament ġdida. L-​iskop oriġinali tiegħu—għall-​art kollha biex tkun ġenna bħall-​ġnien taʼ l-​Għeden, mgħammra minn familja umana ferħana u b’saħħitha—se jitwettaq. Imbagħad, l-​art se timtela bil-​forza li tgħaqqad taʼ l-​għerf perfett t’Alla. (Isaija 11:9) Mhux se jkun hawn iktar l-​għerf dubjuż tal-​bniedem. Is-​sistema ġdida li se jagħmel Alla se ġġib fix-​xejn id-​dubji kollha dwar jekk l-​ikel tagħna huwiex mingħajr periklu. M’huwiex loġiku li nikkonkludu li dak Alla li ħalaq lill-​bnedmin se jifhem ukoll il-​bżonnijiet tagħna taʼ nutriment?

Ikel Perfett Mingħand il-​Ħallieq

Il-​Bibbja fiha profeziji ċari dwar il-​kundizzjonijiet tal-​ħajja fis-​sistema t’affarijiet li ġejja. Il-​profeta Isaija kiteb: “[Alla] jibgħat ix-​xita fuq il-​miżrugħ tiegħek, u l-​qamħ, frott l-​art, ikun bnin u mimli. Dakinhar l-​imrieħel tiegħek jirgħu f’wesgħat kbar; fir-​rabaʼ l-​gniedes u l-​ħmir tax-​xogħol jieklu għalf immellaħ, mderri bil-​midra u mgħoddi mill-​għarbiel.”

Il-profezija taʼ Isaija tistqarr ukoll: “Jagħmel il-​Mulej taʼ l-​eżerċti għall-​popli kollha fuq din il-​muntanja, mejda b’ikel fin, mejda bi nbejjed ħelwa, b’laħam imsemmen bil-​mudullun, u nbejjed fini.”—Isaija 25:6; 30:​23, 24.

Jogħġbok dan? Il-​profezija taʼ Isaija tassigurana li kulmin se jgħix fis-​sistema ġdida t’Alla se jkollu abbundanza taʼ ikel materjali. Se jkun dan mingħajr periklu biex jittiekel? Dażgur. Profezija oħra tassigurana li n-​nies t’Alla se jkunu ‘jinsabu taħt id-​dielja tagħhom, u taħt is-​siġra tat-​tin tagħhom; u ma jkunx hemm min iwerwirhom.’ (Mikea 4:4) Sigurtà kompleta bħal din se tkun garantita mis-​Saltna Messjanika t’Alla, li se tibda taħkem fuq l-​art kollha fil-​futur qarib.—Isaija 9:​5, 6 (9:​6, 7, NW).

Qatt iktar ma se jkun hemm dubji dwar jekk l-​ikel huwiex mingħajr periklu jew le. Għall-​kuntrarju, se nitgħaxxqu ngħidu lil xulxin: “L-​ikla t-​tajba” jew “buon appetito” jew “bon appétit.”

[Kumment f’paġna 12]

Dalwaqt kulħadd fuq l-​art se jgawdi ikel sustanzjuż u bnin bl-​abbundanza

[Stampa f’paġna 10]

Alla jwiegħed ikel mingħajr periklu u bnin għal kulħadd

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja