LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 4/8 pp. 8-11
  • L-Omm Kif Tkampa maʼ l-Isfidi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Omm Kif Tkampa maʼ l-Isfidi
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • L-Irwol taʼ l-Omm Tiġrija bl-Ostakli
    Stenbaħ!—2002
  • L-Isfidi li Jiffaċċjaw l-Ommijiet
    Stenbaħ!—2005
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2002
  • Tistaʼ Ssib Sodisfazzjon Bħala Omm
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 4/8 pp. 8-11

L-​Omm Kif Tkampa maʼ l-​Isfidi

Jekk it-​tfal jirrappreżentaw il-​ġenerazzjoni tal-​futur, mela n-​nisa li jinfluwenzawhom, ommijiethom, ċertament jistħoqqilhom rispett, unur, u appoġġ. Għalkemm id-​dinja moderna tpinġi l-​irwol taʼ l-​omm f’modi li ma jaqblux maʼ xulxin, il-​Bibbja tikkonferma li t-​tfal huma barka mingħand Alla u li jistgħu jkunu sors taʼ ferħ għall-​ġenituri. (Salm 127:​3-5) Madankollu, l-​Iskrittura m’hijiex għamja għar-​realtà taʼ l-​irwol taʼ l-​omm. Il-​Bibbja ssemmi ħafna mill-​isfidi involuti.

Il-ġenituri jridu jieħdu ċerti deċiżjonijiet rigward l-​irwol tagħhom bħala ġenituri u dak taʼ l-​omm. Dawn id-​deċiżjonijiet iħallu influwenza qawwija u dejjiema fuq il-​ħajja u l-​karattru tat-​tfal tagħhom. Id-​deċiżjonijiet iġibu wkoll bidliet fl-​istil taʼ ħajja tal-​ġenituri, u għaldaqstant iridu jittieħdu bil-​għaqal. Dawn jinkludu ċerti mistoqsijiet bħal: Għandha l-​omm toħroġ taħdem? Jekk iva, kemm se taħdem? Min se jieħu ħsiebhom it-​tfal meta l-​omm tkun ix-​xogħol? Fl-​aħħar mill-​aħħar, il-​ġenituri jridu jagħmlu dak li jħossu li huwa l-​aħjar għal uliedhom u wkoll dak li hu tajjeb f’għajnejn Alla.

Madankollu, l-​ommijiet m’għandhomx għalfejn iħossuhom li jridu jitħabtu waħedhom meta jiġu biex jieħdu deċiżjonijiet għaqlin. Il-​kliem taʼ Isaija 40:11 jipprovdilhom faraġ kbir, għax jindika li Alla jinteressah b’mod speċjali mill-​bżonnijiet taʼ l-​ommijiet bi trabi żgħar. Hemmhekk insibu li hu “bil-​mod [“b’attenzjoni,” NW] imexxihom.” Alla juri dan l-​interess kbir fihom billi jipprovdi għadd taʼ linji taʼ gwida fil-​Bibbja biex l-​ommijiet iwettqu l-​irwol tagħhom bil-​ferħ u b’suċċess.

❖ Kun raġunevoli: Il-​Kristjani għandhom ikunu magħrufin għar-​raġunevolezza tagħhom. (Filippin 4:​5, NW) Janet Penley, kittieba u omm, tgħallmet il-​valur taʼ dan il-​prinċipju. “Meta sirt omm bdejt b’fiduċja kbira ferm,” hi tgħid. “Kont determinata li nkun l-​aqwa omm li qatt kien hawn. Qrajt il-​kotba kollha u smajt minn dak kollu li jgħidu l-​esperti. Imma minflok ma ħassejtni kapaċi u li qed jirnexxili, spiċċajt inħossni bla ħila u bla saħħa.” Hi tispjega li jekk toqgħod tagħti kas x’jippretendi ħaddieħor biex togħġbu u tipprova taqbel maʼ xi livell ideali, tkun qed iddgħajjef l-​ispirtu u żżid il-​ħsibijiet u l-​ħtija.

❖ Kun sempliċi: “Dak li l-​familja qed tirriskja li titlef f’din il-​ġirja sfrenata,” kitbet ir-​rivista Newsweek, “huwa [l-istess essenza] tat-​tfulija u l-​ferħ tal-​ħajja tal-​familja.” Huwa għalhekk li ħafna ommijiet jixxennqu għal ħajja iktar sempliċi. Kif jistaʼ jirnexxilek tiksibha din? L-​ewwel, stabbilixxi x’inhuma l-​prijoritajiet, billi tagħti attenzjoni għal dak li hu “l-​aħjar [“l-​affarijiet iktar importanti,” NW],” inkluż il-​ħin u l-​attenzjoni persunali li jeħtieġu wliedek. (Filippin 1:​10, 11) It-​tieni, ifli l-​istil taʼ ħajtek. Għandu mnejn ikollok twarrab fil-​ġenb xi attivitajiet u affarijiet li m’humiex verament bżonnjużi.

X’inhu l-​iktar importanti f’ħajtek? Li jkollok kollox f’daqqa, jew hemm xi miri li tistaʼ tħallihom għal darb’oħra biex b’hekk tilħaq miri oħra? Carolyn, omm b’finanzi limitati, tgħid kif jirnexxilha tkampa: “Jien inżomm l-​affarijiet sempliċi u nnaqqas l-​ispejjeż.” Gloria, omm taʼ tlieta, tiftakar: “Ma kellniex flus għall-​ħwejjeġ tad-​ditta, imma kont inħit il-​ħwejjeġ għat-​tfal u ngħidilhom li dawn kienu speċjali għax ħadd ma kellu bħalhom.”

Il-Kelma t’Alla tgħid li l-​bniedem li “jgħożż l-​għaqal ikollu r-​riżq.” (Proverbji 19:8) L-​għaqal, jew id-​dixxerniment, huwa meħtieġ biex jiġi determinat x’inhu siewi mill-​għażla li ma tispiċċa qatt t’attivitajiet taʼ rikreazzjoni, apparat tad-​dar, u tendenzi ġodda jew differenti li jġennu lill-​ommijiet u t-​tfal. Judith, omm mill-​Afrika t’Isfel, tesprimi ruħha: “Qed niġu l-​ħin kollu bombardjati bi prodotti ġodda, teknoloġija aħjar, u iktar servizzi!” Biex tkampa maʼ din l-​isfida, Angela, omm t’erbgħa mill-​Ġermanja, tgħid: “Trid tqis x’inhu essenzjali u utli għalik, u tgħin lit-​tfal jagħmlu l-​istess ħaġa.”

❖ Agħmel il-​bidliet li huma possibbli: “Uża s-​sens komun u l-​għaqal,” twissi l-​Bibbja. (Proverbji 3:​21, Contemporary English Version) Jekk bħalissa qed toħroġ taħdem, tistaʼ l-​familja tiegħek tgħaddi bil-​paga tar-​raġel biss? Biex tkun tistaʼ twieġeb din il-​mistoqsija, ikkalkula kemm jibqagħlek flus f’idejk x’ħin tnaqqas it-​taxxi, l-​ispejjeż li tonfoq biex jiħdulek ħsieb it-​tfal, l-​ispejjeż tat-​trasport, il-​ħwejjeġ, ikliet fir-​restoranti, u spejjeż oħra. Jistaʼ jkun ukoll li x’ħin tiżdied il-​paga tiegħek maʼ dik tar-​raġel, tiġu iktar taxxabbli u minħabba f’hekk ir-​raġel jeħel iktar taxxa. Tistaʼ tibqaʼ skantata kemm jifdal ftit x’ħin tqis dan kollu.

Xi wħud jaħdmu inqas sigħat jew iktar qrib taʼ fejn joqogħdu, u għalkemm forsi jaqilgħu inqas flus ikunu jistgħu jqattgħu iktar ħin mat-​tfal. Jekk tiddeċiedi li tieqaf taħdem u l-​impjieg tiegħek kien importanti għalik għax kont tħossok utli u li qed twettaq xi ħaġa, aħseb kif tistaʼ tkompli tħoss dawn l-​affarijiet importanti waqt li tibqaʼ d-​dar.

❖ Fittex l-​għajnuna: Il-​Kelma t’Alla turi diversi drabi li “għajta . . . għall-​għajnuna” jistaʼ jkollha riżultat. (Eżodu 2:​23, 24, NW; Salm 34:16 [34:​15, NW]) L-​għajta għall-​għajnuna taʼ l-​omm għandha tqanqal lir-​raġel tagħha biex jgħinha. Bil-​kooperazzjoni tiegħu, int tkun tistaʼ tistabbilixxi sistema biex taqsmu l-​faċendi tad-​dar, u b’hekk issib il-​ħin biex twettaq il-​miri li għamiltu flimkien—bħal dik li tkunu disponibbli għat-​tfal. Jekk ikun possibbli, l-​omm għandha wkoll titlob appoġġ mingħand nies oħra, inkluż tal-​familja u ħbieb taʼ ġewwa, li għandhom l-​istess interessi u miri bħalha.

Ħafna ommijiet jiksbu appoġġ imprezzabbli mingħand il-​kongregazzjoni Kristjana lokali taʼ kredenti sħabhom. María, omm taʼ tlieta, irrealizzat illi “li żżomm qrib tal-​kongregazzjoni” huwa wieħed mill-​modi kif “Alla jurina l-​imħabba u l-​mogħdrija u jurina li jimpurtah minna.”

❖ Strieħ: Anki Ġesù, li kien bniedem perfett mimli enerġija, stieden lid-​dixxipli tiegħu biex imorru ‘f’xi post imwarrab, u jistrieħu ftit.’ (Mark 6:​30-32) Is-​suċċess tiegħek bħala omm jiddependi minn kemm għandek ħila żżomm bilanċ f’mumenti diffiċli. Huwa minnu li t-​tfal għandhom bżonnok, imma huma għandhom bżonn ukoll li jarawk ferħana u kuntenta. Għaldaqstant trid issib mistrieħ adegwat.

Angela, li ssemmiet iktar kmieni, tippjana l-​mistrieħ tagħha hekk: “Jien inwarrab ftit ħin għall-​kwiet fil-​għodu. Niddedika minn taʼ l-​inqas nofs siegħa għalija. U darba jew darbtejn fil-​għaxija kull ġimgħa, it-​tfal jafu li għandhom imorru xi mkien ieħor fid-​dar u joqogħdu hemmhekk jagħmlu xi ħaġa għall-​kwiet biex hekk jien u żewġi nkunu nistgħu nqattgħu siegħa flimkien.”

❖ Agħti prijorità lill-​ispiritwalità: Ġie osservat li l-​ommijiet isibuha iktar diffiċli jekk ma jkollhomx skop ċar quddiemhom u ma jistabbilux prijoritajiet. Il-​familji Kristjani jkollhom il-​ferħ meta jaħdmu id f’id biex ipoġġu r-​rieda t’Alla l-​ewwel f’ħajjithom. L-​appostlu Pawlu kiteb: “It-​tjieba [“id-​devozzjoni lejn Alla,” NW] tiswa għal kollox billi fiha għandha l-​wegħda tal-​ħajja taʼ issa u taʼ dik li għad trid tiġi.” (1 Timotju 4:8) Dik il-​familja li tgħix b’devozzjoni lejn Alla u ssegwi l-​gwida t’Alla kif misjub fil-​Bibbja se ssib il-​ferħ. Anki jekk ikun hemm membru wieħed biss fil-​familja li japplika l-​prinċipji tal-​Bibbja, l-​affarijiet imorru aħjar milli kieku ħadd ma japplikahom.

Adele, omm Kristjana li taħdem full-time, rat x’inhuma l-​benefiċċji jekk tkun inklinat lejn l-​affarijiet spiritwali. Hi tgħid: “Għandna ammont kbir ħafna taʼ gwida u informazzjoni fil-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja li jedukawna dwar dak li qed jiffaċċjaw uliedna u kif nistgħu ngħinuhom. Kollox ikun vallapena x’ħin tara lil uliedek jirreaġixxu għal dak li titmagħhom spiritwalment. Meta tara affarijiet żgħar u pożittivi fl-​imġiba tagħhom u l-​mod kif jirraġunaw, tirrealizza li jkunu qed idaħħluh f’moħħhom u li l-​isforzi tiegħek qed jirnexxu.”a

Iva, huwa possibbli li n-​nisa jegħlbu l-​ostakli li jġib miegħu l-​irwol taʼ l-​omm. Alla nnifsu jagħti l-​faraġ billi jiżgurana li l-​isforzi taʼ l-​ommijiet bil-​għaqal u li jissagrifikaw lilhom infushom m’humiex se jisfaw fix-​xejn jekk jafdaw fih. L-​ommijiet li jikkultivaw relazzjoni persunali miegħu jistgħu jsibu serħan u faraġ fil-​wegħda tiegħu li se “jagħti l-​qawwa lill-​għajjien.”—Isaija 40:29.

[Nota taʼ taħt]

a Ix-Xhieda taʼ Jehovah ippubblikaw diversi pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja u mfassla biex iħarrġu lit-​tfal. Dawn jinkludu Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom, u Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja.

[Kaxxa f’paġna 10]

L-​Influwenza taʼ l-​Omm

Bħala omm, forsi ġieli tiddubita kemm qed teffettwa l-​ħajja tat-​tifel jew tifla tiegħek. Xi drabi, it-​tfal donnhom iktar jiġu influwenzati minn sħabhom, mill-​għalliema, mid-​divertiment, mil-​logħob tal-​kompjuter, u mill-​mużika milli minnek.

Ikkunsidra l-​eżempju taʼ Ġokebed, omm Mosè. Hi għexet fi żminijiet diffiċli għall-​aħħar u ma tantx setgħet tindaħal f’dak li kellu jiġri minn binha. Madankollu, hi użat l-​opportunitajiet li kellha biex tinfluwenza l-​iżvilupp tiegħu. L-​ewwel, hi wriet fidi kuraġġuża billi ma ħallietx li Mosè jinqatel. Alla ppremja l-​fidi tagħha, mhux biss billi żamm lit-​tarbija ħajja, imma wkoll billi rranġa l-​affarijiet ħalli Ġokebed setgħet taqdi bħala l-​waħda li treddgħu—u bħala omm.—Eżodu 1:​15, 16; 2:​1-10.

Huwa evidenti li Ġokebed għenet f’li tifforma l-​personalità taʼ binha. Il-​fatt li meta kiber Mosè ħassu miġbud ferm lejn il-​Lhud u Alla tagħhom, minkejja l-​konnessjonijiet irjali li kellu maʼ l-​Eġittu, juri kemm ġie influwenzat mill-​ġenituri tiegħu matul is-​snin taʼ l-​iżvilupp.—Lhud 11:​24-26.

Bħala omm, x’aktarx li għandek iktar opportunitajiet milli kellha Ġokebed biex tinfluwenza lit-​tfal tiegħek. Qiegħda tieħu vantaġġ mill-​ftit snin qosra taʼ tfulithom biex liż-​żgħar tiegħek tipprovdilhom taħriġ divin u li jservihom tul għomorhom? Jew qed tippermetti li l-​kultura komuni taʼ żmienna teffettwa iktar l-​iżvilupp taʼ wliedek?

[Stampi f’paġna 10]

Involvi lil ħaddieħor fix-​xogħol tad-​dar, warrab ħin għalik, u agħti prijorità lill-​ispiritwalità

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja