LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 9/8 p. 31
  • Nużaw Stenbaħ! b’Mod Effettiv

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nużaw Stenbaħ! b’Mod Effettiv
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • X’qed iżommni milli nitgħammed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Alla Qed Iġagħalha Tikber fl-Alaska
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Meta jmut xi ħadd għażiż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • “Jien Rajt, Imma Ma Stajtx Nifhem”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 9/8 p. 31

Nużaw Stenbaħ! b’Mod Effettiv

META kellha 16-il sena, Vanessa, waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​Istati Uniti, kellha tikteb rapport għall-​iskola dwar is-​suġġett taʼ l-​anoreksja. “Għamilt ftit riċerka,” tgħid hi, “imma ftit li xejn sibt informazzjoni. Tkellimt mal-​ġenituri tiegħi dwaru, u ssuġġerewli biex infittex dwar dan is-​suġġett fil-​pubblikazzjonijiet tagħna.”

Billi fittxet fil-​pubblikazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah, Vanessa rnexxielha ssib ruxxmata taʼ informazzjoni għar-​rapport tagħha. “Imma dan kien biss parti żgħira mill-​inkarigu,” tgħid hi. “Ridt nagħti preżentazzjoni bil-​kliem quddiem l-​għalliema u 20 studentessa!” Vanessa kif kienet se tilqaʼ din l-​isfida?

Vanessa, bħax-​Xhieda taʼ Jehovah li qegħdin f’kull parti tad-​dinja, tirċievi t-​taħriġ biex titkellem fil-​pubbliku fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, li ssir fis-​Sala tas-​Saltna tal-​lokal. “Permezz taʼ din l-​iskola, aħna preparati tajjeb biex immorru fuq il-​ministeru u nitkellmu m’oħrajn,” tgħid Vanessa. “Nirċievu wkoll pariri fuq xiex għandna naħdmu sabiex in-​nies jifhmuna aħjar.” X’kien ir-​riżultat tax-​xogħol iebes taʼ Vanessa fuq ir-​rapport tagħha taʼ l-​iskola? “Irċivejt l-​ogħla marka,” tgħid hi.

Vanessa hija waħda mill-​ħafna żgħażagħ li qed jużaw il-​pubblikazzjonijiet bbażati fuq il-​Bibbja u taħriġ spiritwali ieħor b’mod effettiv. Żgħażagħ bħal dawn huma taʼ min ifaħħarhom għax qegħdin jobdu t-​twissija taʼ Koħèlet 12:1: “Ftakar f’min ħalqek f’jiem żgħożitek.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja