LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 10/8 p. 23
  • “Dawl Perfett”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Dawl Perfett”
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Il-musbieħ tal-Photuris firefly
    Stenbaħ!—2014
  • Segwi d-Dawl tad-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • ‘Id-Dawl Ġie fid-Dinja’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Ħa “Jiddi d-Dawl Tagħkom”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 10/8 p. 23

“Dawl Perfett”

JEKK qatt messejt xi bozza taʼ l-​elettriku wara li din tkun ilha tixgħel għal xi ħin, taf kemm tkun taħraq. Is-​sħana li toħroġ mill-​bozza hija r-​riżultat taʼ enerġija moħlija. Bozza tipika titfaʼ 10 fil-​mija biss taʼ l-​enerġija tagħha bħala dawl, filwaqt li 90 fil-​mija huwa moħli bħala sħana. Meta mqabbel maʼ dan, il-​firefly (ara fuq, imkabbar), insett ċkejken li jipproduċi d-​dawl, hu kważi mija fil-​mija effiċjenti.

Il-fireflies tant jaħlu ftit enerġija bħala sħana li d-​dawl li jipproduċu ġie msejjaħ “dawl perfett.” Dan kif jagħmluh? Il-​firefly għandu sustanza organika f’żaqqu magħrufa bħala luciferin. Meta l-​ossiġnu jinġibed għal ġoż-​żaqq permezz taʼ pajp imsejjaħ trakea addominali, dan jitħallat mal-​luciferin, u b’hekk jipproduċi reazzjoni kimika li toħloq dawl bejn safrani ċar u aħdar ħamrani.

Iċ-ċelluli li jipproduċu d-​dawl tal-​firefly fihom ukoll kristalli taʼ aċidu uriku, li jgħin biex id-​dawl jirrifletti minn ġo żaqq l-​insett. Ix-​xjenzati jgħidu li l-​fireflies jużaw id-​dawl tagħhom biex jiġbdu l-​imseħbin lejhom, u li speċi differenti taʼ fireflies jitfgħu disinni u ritmi differenti.

Ma taqbilx li l-​mod kif inhuma magħmulin dawn il-​ħlejjaq ċkejknin jagħti tifħir lill-​Ħallieq tagħhom, Alla Jehovah? Iva, is-​salmista ddikjara, “kull ma jieħu nifs, ħa jfaħħar il-​Mulej!”—Salm 150:6.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 23]

© Darwin Dale/Photo Researchers, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja