LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 7/8 pp. 4-7
  • ‘X’Qed Jiġrili?’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘X’Qed Jiġrili?’
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Bidu tal-​Pubertà
  • ‘X’Qed Jiġrili?’
  • ‘Għala Qed Inħossni Hekk?’
  • Kif nistaʼ nkampa mal-pubertà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Għin lil uliedek jgħaddu mill-pubertà
    Stenbaħ!—2016
  • Nippreparaw l-Adoloxxenti Biex Isiru Adulti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • It-Trobbija taʼ l-Adoloxxenti—L-Irwol tal-Fehma
    Stenbaħ!—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 7/8 pp. 4-7

‘X’Qed Jiġrili?’

“Qisni qomt għodwa waħda u kollox inbidel.

Ħassejtni bniedem differenti, f’ġisem differenti.”​—Sam.

X’INHI l-​adoloxxenza? Fi ftit kliem, hija l-​perijodu f’ħajtek meta minn tifel tipprepara biex issir adult. Huwa żmien meta tesperjenza bidliet kbar​—fiżikament, emozzjonalment, u anki soċjalment. Sa ċertu punt, hija ħaġa eċċitanti li tibda l-​perijodu taʼ l-​adoloxxenza. Dan ikun ifisser li qbadt it-​triq biex issir adult. Mill-​banda l-​oħra, matul din il-​fażi tal-​ħajja jibdew jitfaċċaw sentimenti ġodda, u xi ftit minnhom jistgħu jħawduk​—saħansitra jbeżżgħuk.

Iżda m’għandikx għalfejn titwerwer mill-​adoloxxenza. Veru li din tistaʼ ġġib magħha xi ftit tad-​dwejjaq. Imma tipprovdilek ukoll opportunità mill-​isbaħ biex issir adult b’mod pjaċevoli. Ejja naraw kif dan jistaʼ jsir​—l-​ewwel billi nanalizzaw xi ftit mill-​isfidi li jiffaċċjaw l-​adoloxxenti.

Il-​Bidu tal-​Pubertà

Matul l-​adoloxxenza, f’ġismek iseħħu xi bidliet biex jippreparawk għat-​tnissil sesswali. Dan il-​proċess, imsejjaħ pubertà, jieħu ħafna snin u, kif se naraw, ma jeffettwax biss l-​iżvilupp tal-​organi riproduttivi tiegħek.

Ġeneralment, il-​bniet jibdew il-​pubertà bejn l-​10 jew it12-il sena, filwaqt li ħafna subien jibdew bejn it-​12 jew l-​14. Iżda tistaʼ tibda qabel jew wara, skond l-​individwu. The New Teenage Body Book jgħid, “kull individwu għandu mekkaniżmu intern speċjali li jindika meta għandhom iseħħu d-​diversi bidliet tal-​pubertà.” U jżid jgħid li ż-​żmien li jitqies bħala normali biex tibda l-​pubertà jvarja ħafna. Għalhekk, ma jfissirx li għandek xi ħaġa ħażina jekk tibda l-​pubertà qabel​—jew wara​—sħabek.

Tibda meta tibda, il-​pubertà tistaʼ teffettwa l-​mod kif tidher, kif tħossok, u kif tħares lejn id-​dinja taʼ madwarek. Ikkunsidra xi aspetti affaxxinanti taʼ dan il-​perijodu uniku tal-​ħajja, li jistgħu jkunu wkoll taʼ sfida.

‘X’Qed Jiġrili?’

Il-​pubertà tibda bi żjieda fil-​livelli taʼ l-​ormoni, speċjalment żjieda fl-​estroġenu fil-​bniet u t-​testosteron fis-​subien. Il-​bidliet fl-​ormoni huma parti mir-​raġuni għala l-​ġisem imbagħad jgħaddi minn tibdil qisu mirakoluż. Fil-​fatt, wara li tibda l-​pubertà, ġismek jikber bl-​iktar rata mgħaġġla minn mindu kont tarbija ’l hawn.

F’dan iż-​żmien l-​organi riproduttivi tiegħek jibdew jimmaturaw, imma dan m’huwiex l-​uniku aspett taʼ l-​iżvilupp fiżiku. Tistaʼ wkoll tibda titwal f’daqqa. Filwaqt li fit-​tfulija forsi kont titwal madwar ħames ċentimetri fis-​sena, ma tkunx ħaġa kbira li matul il-​pubertà tikber id-​doppju taʼ dan.

F’dan il-​perijodu, sa ċertu punt għandu mnejn tħossok xi ftit bla grazzja fiżikament. Din hi ħaġa normali. Ftakar li partijiet differenti taʼ ġismek jistgħu jkunu qed jikbru b’rata differenti, u dan jistaʼ jġagħlek taġixxi b’mod goff. Imma ħu paċenzja​—mhux se tibqaʼ taġixxi bla grazzja ħajtek kollha. L-​iskomdu li ġġib magħha l-​adoloxxenza jgħaddi.

Matul il-​pubertà, il-​bniet jibda jkollhom il-​mestrwazzjoni (il-period ), tnixxija taʼ demm, likwidu ieħor, u ċelluli mejta mill-​utru darba fix-​xahar.a Normalment, fil-​period tħoss uġigħ, bħal ġbid fil-​muskoli, kif ukoll jonqsu l-​livelli taʼ lormoni. Peress li dan għandu effetti kemm fiżiċi u kemm emozzjonali, il-​bidu tal-​period jistaʼ jkun esperjenza li taħsdek. “F’daqqa waħda, kelli niffaċċja din l-​esperjenza ġdida għalkollox,” tiftakar Teresa, li issa għandha 17-il sena. “Ħawwadli l-​emozzjonijiet tiegħi u kont muġugħa. U beda jiġini kull xahar!”

M’għandikx għalfejn tibżaʼ meta jiġik il-​period. Wara kollox, din hija indikazzjoni li ġismek qed jaħdem kif suppost. Maż-​żmien titgħallem kif tkampa maʼ l-​aspetti li jdejquk tal-​period. Per eżempju, xi wħud isibu li l-​eżerċizzju regulari jnaqqas l-​uġigħ. Imma kulħadd differenti. Forsi int issib li meta tkun bil-​period ikollok bżonn tnaqqas ħafna mill-​attività fiżika. Tgħallem agħti kas il-​bżonnijiet taʼ ġismek u agħtih dak li jkollu bżonn.

Matul l-​adoloxxenza, kemm il-​bniet u kemm is-​subien isiru iżjed konxji tad-​dehra tagħhom. “Dak kien iż-​żmien meta verament bdejt ninnota​—u nagħti kas​—x’kienu jaħsbu oħrajn dwar id-​dehra tiegħi,” tirrivela Teresa. “U fil-​fatt għadni sa llum ninkwieta spiss dwar id-​dehra tiegħi,” tkompli tgħid. “Xagħri ma joqgħodx, il-​ħwejjeġ ma jiġunix sewwa, u qisni lanqas nistaʼ nsib ħwejjeġ li jogħġbuni!”

Persuntek tistaʼ tiddiżappuntak ukoll b’modi oħrajn. Per eżempju, matul il-​pubertà, il-​glandoli taʼ l-​għaraq isiru iktar attivi, u dan jistaʼ jġagħlek tegħreq iktar. Tistaʼ tikkontrolla lirwejjaħ taʼ ġismek billi tinħasel regolarment u taċċerta ruħek li ħwejġek ikunu ndaf. Jgħin ukoll l-​użu taʼ xi deodorant jew xi prodott ieħor għal kontra l-​għaraq.

Ukoll, matul il-​pubertà, il-​glandoli taż-​żejt fil-​ġilda jsiru iktar attivi, u dan jistaʼ jikkaġuna ponot u problemi oħrajn fil-​ġilda. “Donnu li dejjem kien ikolli xi ponta meta kont inkun irrid naqtaʼ figura tajba,” tilmenta Ann. “Hija l-​immaġinazzjoni tiegħi jew huwa veru li l-​ponot donnhom ikunu jafu meta l-​iktar li ma nkunx irridhom?” Teresa wkoll kellha problema bil-​ponot. “Iġagħluni nħossni kerha u konxja,” tgħid hi, “għax meta n-​nies iħarsu lejja, nimmaġina li qed iħarsu lejhom!”

M’għandniex xi ngħidu, is-​subien ukoll jistgħu jiġu effettwati minn problemi fil-​ġilda. Fil-​fatt, xi esperti jgħidu li s-​subien huma saħansitra iktar suġġetti mill-​bniet. Kemm jekk int żagħżugħ, jew żagħżugħa, tistaʼ tibbenefika billi taħsel regolarment il-​partijiet żejtnija taʼ ġismek, inkluż wiċċek, għonqok, spallejk, dahrek, u sidrek. Iktar minn hekk, meta taħsel xagħrek spiss jistaʼ jgħin biex iż-​żjut ma jinfirxulikx mal-​ġilda. Ukoll, tistaʼ ssib prodotti għal kontra l-​ponot u l-​problemi tal-​ġilda. “Il-​ġenituri tiegħi għenuni nsib prodotti li jnaddfu l-​ġilda u oħrajn li jiġu applikati fuq il-​ponot,” tgħid Teresa. “Għenuni wkoll biex ma nikolx ħafna junk food. Meta ma nikolx minn dan it-​tip taʼ ikel u nixrob ħafna ilma, il-​ponot normalment imorruli.”

Bidla fiżika oħra, li teffettwa b’mod partikulari lis-​subien, hija marbuta mal-​leħen. Il-​kordi tal-​leħen jeħxienu u jitwalu matul il-​pubertà, u dan iwassal biex leħnek jeħxien bil-​mod il-​mod. Bill għadda minn din il-​bidla mingħajr lanqas biss induna. Hu jgħid: “Ma rrealizzajtx li leħni nbidel. L-​unika ħaġa kienet li n-​nies ma baqgħux jaħsbuni ommi jew oħti meta kont inwieġeb it-​telefon.”

Xi drabi leħen li jkun qed jinbidel għandu mnejn jinkiser​—jinbidel f’daqqa minn tonalità baxxa għal waħdea għolja. “Kienet l-​iktar ħaġa imbarazzanti,” jgħid Tyrone, meta jiftakar dwar l-​adoloxxenza tiegħu. “Kulmeta kont inkun emozzjonat u eċċitat, leħni kien jinkiser. Kont nipprova ma neċċitax ruħi ħafna, imma m’għandniex xi ngħidu ġieli kont inkun emozzjonat.” Tyrone jkompli jgħid “Wara xi sena jew forsi tnejn, ma baqax jiġrili hekk.” Jekk dan qed jiġri lilek ukoll, taqtax qalbek! Leħnek ukoll dalwaqt jilħaq it-​tonalità ġdida maskili tiegħu u ma jinbidilx iktar.

‘Għala Qed Inħossni Hekk?’

Hija xi ħaġa komuni li l-​adoloxxenti jgħaddu minn diversi emozzjonijiet taʼ dwejjaq. Per eżempju, forsi ssib li ma tibqax tħossok daqshekk viċin taʼ l-​aqwa ħbieb li kellek fi tfulitek. Dan mhux bilfors jiġri għax tkunu ġġilidtu. Forsi m’għadx għandkom l-​istess interessi fil-​ħajja. Anki l-​ġenituri tiegħek​—li qabel kont tfittex il-​faraġ u s-​sigurtà mingħandhom​—jistgħu f’daqqa waħda jidhru antikwati u mbiegħda.

Dan kollu jistaʼ jġiegħel lill-​adoloxxenti jħossu maqtugħ għalih waħdu. “Xi riċerkaturi jsostnu li s-​solitudni tinħass fl-​adoloxxenti iktar taʼ spiss u iktar qawwija milli fit-​tfal jew fl-​adulti,” tgħid enċiklopedija fuq dan is-​suġġett. Il-​biżaʼ li oħrajn iħarsu lejk bħala stramb, jistaʼ jġagħlek ma titkellimx maʼ ħaddieħor dwar il-​ħsibijiet u s-​sentimenti tiegħek. Jew forsi m’għandikx ħeġġa biex turi interess f’oħrajn, billi fil-​fond taʼ qalbek tħoss li ħadd ma jrid ikun tassew il-​ħabib tiegħek.

Il-biċċa l-​kbira mill-​adoloxxenti jgħaddu minn perijodi taʼ solitudni, u dan jiġri wkoll lill-​adulti. Il-​ħaġa importanti li trid iżżomm f’moħħok hi li maż-​żmien ma tibqax tħossok hekk.b Ftakar li peress li int adoloxxenti kważi kollox qed jinbidel fik. Il-​ħarsa tiegħek dwar il-​ħajja, dwar oħrajn, u anki dwarek innifsek qed tinbidel kontinwament. Tabilħaqq, il-​persuna li tara fil-​mera xi drabi tistaʼ tidher qisha xi ħadd li ma tafux! Forsi tħossok bħalma ħassu Steve, li għandu 17-il sena u li jammetti, “Hu diffiċli ħafna li tgħid li taf lilek innifsek meta tkun qed tinbidel daqshekk malajr.”

Wieħed mill-​aħjar modi kif tirbaħ is-​solitudni hu li tieħu interess f’oħrajn. Dan għandu mnejn ikun ifisser li ssir taf lil oħrajn li m’humiex taʼ mparek. Hemm xi ħadd imdaħħal fiż-​żmien li jieħu pjaċir jekk tmur iżżuru? Tistaʼ taqdih f’xi ħaġa, speċjalment jekk ikollu bżonn l-​għajnuna? Il-​Bibbja tinkuraġixxi lil kulħadd​—żgħażagħ u adulti​—biex ‘jitwessgħu’ fl-​affezzjoni tagħhom lejn oħrajn. (2 Korintin 6:​11-13, NW ) Meta tagħmel dan, tistaʼ tiltaqaʼ maʼ ħafna opportunitajiet sbieħ.

Is-silta mill-​Bibbja li għadha kif ġiet kwotata hi biss waħda mill-​ħafna prinċipji li għenu lil żgħażagħ Kristjani jkampaw maʼ l-​isfidi taʼ l-​adoloxxenza. Hekk kif taqra l-​artiklu li jmiss, ikkunsidra kif il-​Kelma t’Alla jistaʼ jkollha effett qawwi fuq ħajtek waqt li tkun qed tikber biex issir adult.

[Noti taʼ taħt]

a Għall-​ewwel, il-​period jistaʼ jiġi iktar spiss jew inqas minn darba fix-​xahar. Jistaʼ jvarja wkoll fl-​ammont taʼ tnixxija. Xejn minn dan m’għandu jġagħlek tinkwieta. Madankollu, jekk il-​period jibqaʼ jkun irregulari għal xi sena jew tnejn jistaʼ jkun hemm bżonn li tikkonsulta tabib.

b Jekk is-​solitudni tiegħek hi kronika, jew jekk spiss taħseb dwar li tikkommetti suwiċidju, għandek tfittex l-​għajnuna. Bla telf taʼ żmien tkellem mal-​ġenituri tiegħek jew maʼ xi adult matur li tħoss li tistaʼ tafdah.

[Kaxxa f’paġna 6]

Il-​Ġenituri M’Humiex Perfetti

“Meta kont żgħira, kont naħseb li l-​ġenituri tiegħi kienu perfetti. Meta sirt adoloxxenti, kif naqbad ngħid, għalija bdew isiru inqas intelliġenti. Li rrid infisser hu, li bdejt nirrealizza li l-​ġenituri tiegħi m’humiex perfetti u dan il-​fatt ġagħalni nħossni konfuża. Sfortunatament, minħabba f’hekk, bdejt niddubita l-​irraġunar u d-​deċiżjonijiet tagħhom. Iżda, wara li tgħallimt mill-​iżbalji tiegħi, erġajt ksibt ir-​rispett kollu li kelli għalihom. Le, m’humiex perfetti, imma spiss ikollhom raġun. U anki jekk ma jkollhomx raġun, xorta waħda jibqgħu l-​ġenituri tiegħi. Ftit ftit qed insiru iktar bħala ħbieb, u hekk nimmaġina li jiġri bejn it-​tfal u l-​ġenituri.”​—Teresa, li għandha 17-il sena.

[Stampa f’paġna 7]

Ħafna żgħażagħ saru ħbieb intimi taʼ wħud akbar minnhom

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja