LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 12/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • L-Annimali Domestiċi—Żomm Ħarsa Bilanċjata Lejhom
    Stenbaħ!—2004
  • L-Annimali—Għotja Mingħand Alla
    Stenbaħ!—2004
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2004
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 12/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

L-​Isem t’Alla Is-​serje t’artikli “Tafu b’Ismu lil Alla?” (8 taʼ Frar, 2004) hija waħda mill-​iktar diskussjonijiet sbieħ u profondi dwar l-​isem t’Alla li qatt rajt minn mindu sirt Kristjana fl-​1973. Il-​qoxra taʼ barra u l-​mod kif inhuma preżentati l-​artikli, kif ukoll l-​ispjegazzjoni loġika u konvinċenti, jagħmlu din is-​serje kapulavur. Prosit!

D. L., Stati Uniti

Reċentement bdejt naqdi bħala evanġelizzatriċi full-time, u nħossni eqreb lejn Ġeħova iktar minn qabel. Għal din ir-​raġuni, is-​serje dwar l-​isem t’Alla kienet interessanti ħafna għalija. Il-​kaxxa intitolata “Alla Jafek b’Ismek” uriet li għalkemm hawn ħafna nies fid-​dinja, Alla jieħu interess f’kull wieħed u waħda minna. Dan ġagħalni nistudja iżjed dwar Ġeħova u nagħmel dak li jogħġob lilu.

M. J., Ġappun

Sibt li kienet serje informattiva, dettaljata, u magħmula b’ħafna riċerka u kienet preżentata b’mod interessanti u ferm pjaċevoli. Ukoll, ħadt gost ħafna nara l-​isem taʼ Ġeħova b’39 lingwa mifrux fit-​truf taʼ kull paġna. Din il-​preżentazzjoni tagħti kredtu u unur lill-​isem taʼ Ġeħova u żgur li se tqanqal lil nies taʼ qalb onesta.

G.D.M., Stati Uniti

Ħowmwerk Jien studenta taʼ l-​ewwel sena fl-​iskola sekondarja, u minn dejjem sibtha diffiċli biex inqassam il-​ħin tiegħi. Sibt għajnuna kbira meta qrajt l-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Kif Nistaʼ Nsib il-​Ħin biex Nagħmel il-​Ħowmwerk?” (8 taʼ Frar, 2004) Ma tantx kont nara televixin. Imma meta kont nintefaʼ quddiemu, kont nibqaʼ nara programm wara l-​ieħor. Issa m’għadnix nara televixin iktar.

R. O., Ġappun

Qed nieħu kors taʼ studju mid-​dar, u veru jrid ikollok dixxiplina fuqek innifsek biex tistudja kuljum. Bl-​għajnuna tas-​suġġerimenti li ssemmew fl-​artiklu, żgur se nsib il-​ħin biex nagħmel il-​ħowmwerk.

X. R., Stati Uniti

Esaġerat! Dak hu kif niddeskrivi l-​ħowmwerk li jkolli. Xi drabi l-​ġenituri tiegħi jaħsbu li jien għażżien meta ndum ħafna ħin nagħmel il-​ħowmwerk. Imma xi drabi jkolli ħafna ħowmwerk jew dan ikun diffiċli ħafna. Grazzi talli wrejtuna kif nistgħu nsibu l-​ħin biex nagħmlu l-​ħowmwerk u nużaw il-​ħin tagħna b’mod effettiv.

J. S., Stati Uniti

Jien sibt l-​artiklu t’għajnuna kbira. Is-​suġġerimenti taħt is-​sottitlu “Kif Tuża l-​Ħin Tiegħek Aħjar” għenuni ntejjeb id-​drawwiet tiegħi taʼ studju.

B. L., Italja

Il-​Mixi Grazzi taʼ l-​artiklu “Għala Tajjeb li Timxi?” (8 taʼ Marzu, 2004) Kemm hu tajjeb li tkun taf li billi sempliċement timxi tistaʼ tnaqqas ir-​riskju li timrad bil-​mard tal-​qalb jew li tagħtik xi puplesija! L-​artiklu ġagħalni nirrealizza li ili wisq ngħix ħajja sedentarja. Se nsegwi l-​parir biex nibda nimxi regolarment.

L. B., Svezja

Sess fuq it-​Telefon Nixtieq nesprimi l-​gratitudni tiegħi għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . X’Fih Daqshekk Ħażin is-​Sess fuq it-​Telefon?” (8 taʼ Marzu, 2004) Jien għaddejt mill-​esperjenza qarsa li kelli nittratta maʼ din il-​problema serja. Il-​konsegwenzi kienu taʼ ħsara spiritwalment, u wassluni għal iktar dnubiet serji u t-​telf taʼ privileġġi fil-​kongregazzjoni Kristjana. Jalla jkollkom l-​għerf taʼ Ġeħova waqt li tipprovdu artikli li jgħinuna nibqgħu f’saħħitna spiritwalment.

J. H., Spanja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja