LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 7/8 p. 22
  • Dar Ġdida għal Għasfur tal-Bejt Ferut

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dar Ġdida għal Għasfur tal-Bejt Ferut
  • Stenbaħ!—2005
  • Materjal Simili
  • Il-Misteru taʼ l-Għasafar tal-Bejt fil-Britannja
    Stenbaħ!—2001
  • Ġeħova Għadd ‘Saħansitra x-Xagħar taʼ Rasek’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Għala l-ħajja hi taʼ min jgħixha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • L-​Osservazzjoni Taʼ L-​Għasafar Delizzju Affaxxinanti għal Kulħadd?
    Stenbaħ!—1998
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 7/8 p. 22

Dar Ġdida għal Għasfur tal-​Bejt Ferut

“MA TAĦSIBX li se jkun jirrikjedi ħafna xogħol?” Din kienet l-​ewwel reazzjoni tiegħi meta marti ġabet lura magħha d-​dar għasfur tal-​bejt żgħir li kien waqaʼ minn bejta. Wara li ħarist sew lejn l-​għasfur li kien qed jirtogħod, qalbi rtabet. Imma tħassibt daqsxejn fuq kif dan l-​għasfur fraġli kien se jsalva.a

Għall-ewwel kellna nfissdu ftit lill-​mistieden tagħna sabiex jiekol mill-​ikel li kien qisu soppa. Imma sa l-​għada, iċ-​ċkejken għasfur tal-​bejt beda jpespes regolarment biex nagħtuh x’jiekol. It-​tpespis tiegħu stajna nisimgħuh minn ħdejn it-​taraġ, avolja hemm żewġ bibien biex tidħol għall-​appartament tagħna!

Mir-rix taʼ l-​għasfur indunajna li kienet mara. Maż-​żmien, reġgħet kisbet saħħitha u setgħet ittir. Imma għalxejn ipprovajna npoġġuha barra lura fl-​ambjent naturali tagħha! ‘Forsi m’hijiex kuraġġuża biżżejjed biex titlaq mid-​dar,’ ħsibna. Għalhekk, xtrajna gaġġa u adottajna ċ-​ċkejkna għasfura tal-​bejt. Semmejnieha “Spatzi,” kelma ħelwa li bil-​Ġermaniż tfisser “għasfur tal-​bejt.”

Darba minnhom għamilna naqra ross, li milli jidher huwa wieħed mill-​ikel favorit taʼ Spatzi. Minħabba li kien għadu jaħraq, il-​mara poġġietu fil-​ġenb u sadattant ferrxet ftit żrieragħ quddiem Spatzi. X’għamlet l-​għasfura żgħira tagħna? Mejlet rasha u bil-​munqar bdiet timbotta ż-​żrieragħ mit-​tarf tal-​mejda! Sorpriżi, jien u l-​mara ħarisna lejn xulxin u bdejna nidħqu. Ma domniex ma poġġejna quddiem Spatzi ftit ross li s’issa kien bired, u dehret ferħana mhux ħażin bih!

Il-fatt li qed nieħdu ħsieb din l-​għasfura żgħira fakkarna fil-​kliem li Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Ma jinbigħux żewġ għasafar tal-​bejt għal munita taʼ valur żgħir? Iżda lanqas wieħed minnhom ma jaqaʼ fl-​art mingħajr ma jkun jaf Missierkom.” Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħux: intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.”—Mattew 10:​29-31.

Kemm hu taʼ faraġ li nkunu nafu li Ġeħova jara n-​niket tagħna u jiftakar is-​sabar li nuru. (Isaija 63:9; Ebrej 6:10) Iva, il-​mogħdrija li aħna nħossu għal għasfur ċkejken hija turija taʼ l-​imħabba li Alla Ġeħova għandu għal dawk li jaqduh!—Kontribwit.

[Noti taʼ taħt]

a Kultant li tieħu ħsieb għasfur marid jew ferut jistaʼ jkun taʼ ħsara għas-​saħħa jew jistaʼ jkun kontra r-​regoli lokali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja