LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/09 p. 10
  • Ġenituri Leali li Jikkooperaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġenituri Leali li Jikkooperaw
  • Stenbaħ!—2009
  • Materjal Simili
  • “L-Isbaħ Ħlejqa li Tgħix fil-Foresta”
    Stenbaħ!—2000
  • Nitgħallmu mill-​għasafar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
Stenbaħ!—2009
g 10/09 p. 10

Ġenituri Leali li Jikkooperaw

◼ Fir-​reġjun tal-​pjanuri għoljin tal-​Afrika t’Isfel, it-​temperatura hi qrib iż-​żero ċentigradi. Mill-​uffiċċju sħun tiegħi fit-​tielet sular qed inħares bil-​ħerqa lejn siġra mneżżgħa mill-​weraq hekk kif tixxejjer lura u ’l quddiem fir-​riħ xitwi li qed ivenven. ’L isfel fis-​siġra bejn żewġ fergħat, gamiema tal-​ilwiena qed iżżomm lil żewġt ifrieħ taʼ tlett ijiem sħan.

Qabel ma biedet l-​ewwel bajd, il-​gamiema u s-​sieħeb tagħha kkooperaw flimkien biex jibnu l-​bejta—ir-​raġel ġab iz-​zkuk u l-​mara qegħdithom f’posthom. Għamlu biċċa xogħol eċċellenti għax l-​irwiefen qliel tax-​xitwa ma rnexxilhomx iċaqalqu l-​bejta minn postha, u din hi t-​tieni darba li l-​gamiema biedet il-​bajd fiha. Il-​gamiema qagħdet fuq il-​bajd bil-​lejl u r-​raġel bi nhar. Wara xi ġimagħtejn, il-​bajd faqqas. Qabel jgħaddu ġimagħtejn oħra, il-​frieħ se jilħqu jikbru u wkoll ikollhom biżżejjed saħħa biex itiru.

Ismaʼ! Qed tismagħhom kemm huma ħelwin igorru, qishom qed jidħqu bil-​mod? Il-​gamiema tal-​ilwien, bil-​ħawsla mimlija ikel għall-​frieħ imġewħin tagħha, ħabbret il-​wasla tagħha fuq fergħa fil-​viċin u tinsab lesta biex tieħu post is-​sieħeb tagħha. Anki wara li l-​frieħ ikunu telqu mill-​bejta, kemm il-​missier u kemm l-​omm jibqgħu jżoqquhom sakemm ikunu kapaċi jfendu għal rashom.

Spiss niskanta kemm dawn l-​għasafar, li l-​istint tagħhom dejjem jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, jikkooperaw flimkien u jieħdu ħsieb iż-​żgħar tagħhom. Dawn il-​fatti jfakkruni fil-​kliem taʼ Salm 86:8: “M’hemm ħadd bħalek . . . , O Ġeħova, lanqas m’hemm għemejjel bħal tiegħek.”

Fil-Kelma miktuba tiegħu, il-​Bibbja Mqaddsa, Alla Ġeħova pprovda gwida għall-​ġenituri umani li tistaʼ toqgħod fuqha daqskemm tistaʼ toqgħod fuq l-​istint li ta lill-​gamiem. Pereżempju, il-​Bibbja tħeġġeġ lill-​ommijiet biex “iħobbu lil uliedhom.” (Titu 2:4) Lill-​missirijiet tgħidilhom: “Iddejqux lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.” (Efesin 6:4; 1 Timotju 5:8) Ċertament li ġenituri li jagħmlu dan huma tassew prezzjużi f’għajnejn Alla.

[Nota taʼ taħt]

a Bl-Ingliż laughing dove, imsemmija hekk minħabba li meta tgorr tkun qisha qed tidħaq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja