LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/10 pp. 18-21
  • X’Nistaʼ Nilbes?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Nistaʼ Nilbes?
  • Stenbaħ!—2010
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ikkunsidra Prinċipji Bibliċi
  • Itlob l-​Opinjoni tal-​Ġenituri Tiegħek
  • X’Nistaʼ Nilbes?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Il-Qerda taʼ Sodoma u Gomorra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ġesù Jwettaq Fejqan Mirakoluż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ġesù Jimpressjona lis-Semmiegħa Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 4/10 pp. 18-21

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu

X’Nistaʼ Nilbes?

Heather hi lesta biex toħroġ mid-​dar, u l-​ġenituri tagħha ma jistgħux jemmnu ’l għajnejhom. “Dak ħa tilbes?” jgħid missierha mingħajr ħsieb. “Għala le?” twieġeb Heather, xi ftit sorpriża. “Kemm sejra ndur il-​ħwienet maʼ xi ħbieb.” “Mhux liebsa hekk!” tgħid ommha. “Imma ma,” tgerger Heather, “it-​tfal kollha qed jilbsu hekk, . . . u barra minn dan, dak li liebsa qed iwassal messaġġ!” “Aħna ma jogħġobniex il-​messaġġ li qed iwassal!” jgħid missierha bl-​aħrax. “Issa mur f’kamartek u biddel, sinjorina, jew inkella ma tmur imkien!”

IL-​ĠLIED dwar l-​ilbies mhuwiex xi ħaġa ġdida. Il-​ġenituri tiegħek għandhom mnejn kellhom tilwim simili mal-​ġenituri tagħhom meta kienu daqsek. U lura dak iż-​żmien, probabbilment ħassewhom kif qed tħossok int illum! Imma issa nqalbet il-​folja, u l-​kwistjoni taʼ x’tistaʼ tilbes tqanqal ġlieda wara l-​oħra.

Int tgħid: Komdu.

Huma jgħidu: Jidher traskurat.

Int tgħid: Daqskemm hu sabiħ!

Huma jgħidu: Provokattiv wisq.

Int tgħid: Nofs prezz.

Huma jgħidu: Imissu le. . . . Nofsu mhux hemm!

Hemm mod kif tistgħu tieqfu tillitikaw? Iva! Megan, li issa għandha 23 sena, taf is-​sigriet. “M’hemmx għalfejn ikun hemm argument,” tgħid hi. “Jistaʼ jkun hemm qbil.” Qbil? Ifisser dan li trid tilbes bħal xi ħadd taʼ xi 40 sena? Serraħ moħħok! Li jkun hemm qbil ifisser li int u l-​ġenituri tiegħek tiddiskutu d-​differenzi tagħkom u ssibu għażliet oħrajn li huma—u int—tkunu sodisfatti bihom. X’inhuma l-​benefiċċji?

1. Se tidher l-​aħjar li tistaʼ, anki f’għajnejn dawk tamparek.

2. Hemm inqas ċans li l-​ġenituri tiegħek jikkritikaw dak li tilbes.

3. Wara li jaraw kemm int responsabbli f’dan l-​aspett, il-​ġenituri tiegħek għandhom mnejn jagħtuk saħansitra libertajiet oħrajn.

Mela ejja nibdew. Aħseb f’tibdila li “ma tistax tgħaddi mingħajrha” li rajt fuq l-​Internet jew f’ħanut. L-​ewwel ħaġa li għandek tagħmel hi . . .

Ikkunsidra Prinċipji Bibliċi

Forsi tkun sorpriż meta ssir taf li l-​Bibbja ftit li xejn tgħid dwar l-​ilbies. Fil-​fatt, tistaʼ taqra b’leħen għoli l-​pariri Skritturali kollha li għandhom x’jaqsmu direttament mas-​suġġett fi ftit minuti! Però, f’dak il-​ħin, tistaʼ ssib pariri bbażati fis-​sod u taʼ valur. Pereżempju:

◼ Il-​Bibbja tagħti l-​parir lin-​nisa biex jiżżejnu “bil-​modestja u b’moħħ f’loku.”a—1 Timotju 2:9, 10.

Il-​kelma “modestja” forsi tinkwetak. Għandek mnejn taħseb, ‘Ħa jkolli nilbes xi xkora?’ Lanqas xejn! F’dan il-​kuntest, il-​modestja tfisser li l-​ħwejjeġ tiegħek juru li għandek rispett lejk innifsek u konsiderazzjoni għas-​sentimenti taʼ oħrajn. (2 Korintin 6:3) Dan ikopri varjetà kbira taʼ lbies. “Jistaʼ jkun taʼ sfida,” tgħid Danielle, li għandha 23 sena, “imma tistaʼ tilbes tal-​moda mingħajr ma tilbes stili estremi.”

◼ Il-​Bibbja tgħid li fejn tidħol l-​apparenza, għandek tiffoka fuq il-​“persuna minn ġewwa, fil-​qalb.”—1 Pietru 3:4.

Tibdila immodesta tistaʼ tiġbed l-​għajn għal ftit, imma s-​sbuħija tiegħek minn ġewwa hija dik li se tirbaħ ir-​rispett dejjiemi tal-​adulti u taʼ dawk tamparek. Taʼ dawk tamparek? Iva—anki huma jistgħu jaraw il-​bluha taʼ stili eċċessivi. “Huwa diżgustanti meta nara kif xi nisa bla mistħija taʼ xejn jipprovaw iħajru lill-​irġiel bl-​ilbies provokanti li jilbsu!” tgħid Brittany, li għandha 16-​il sena. Kay taqbel magħha. Hi u tiddeskrivi ħabiba tal-​passat, tgħid: “B’dak li kienet tilbes kienet qed tgħid ‘arawni.’ Hi riedet l-​attenzjoni tal-​ġuvintur, u biex tiksibha, kienet tilbes l-​iktar tibdiliet li jolqtu l-​għajn li setgħet issib.”

Suġġeriment Dwar il-​Moda: Evita stili li jenfasizzaw is-​sesswalità. Dawn jagħmluk tidher iddisprata u moħħok fik innifsek. Jistgħu wkoll jagħmluk mira għal fastidju—jew agħar. B’kuntrast, ilbies modest isebbaħ id-​dehra tiegħek u jenfasizza l-​kwalitajiet sbieħ tiegħek.

Itlob l-​Opinjoni tal-​Ġenituri Tiegħek

Li ddeffes tibdila immodesta fil-​basket u tilbisha xħin tasal l-​iskola mhuwiex għaqli. Se tikseb iktar fiduċja mill-​ġenituri tiegħek jekk tkun sinċiera u onesta magħhom, anki f’affarijiet li taħseb li mhux se jsiru jafu bihom. Fil-​fatt, x’aktarx li jkun taʼ ġid jekk titlob l-​opinjoni tagħhom meta tkun qed tikkunsidra xi tibdila.—Proverbji 15:22.

Imma għala għandek tkun trid tagħmel dan? Mhuwiex l-​irwol tal-​ġenituri li jfixklu l-​istil tiegħek? Mhux bilfors. Huwa minnu li missierek u ommok forsi jħarsu lejn l-​affarijiet minn perspettiva oħra. Imma kultant hekk ikollok bżonn. “Jien napprezza l-​pariri tal-​ġenituri tiegħi,” tgħid Nataleine li għandha 17-​il sena, “għax ma rridx noħroġ mid-​dar u naqaʼ għaċ-​ċajt jew inkella ma rridx li n-​nies jitkellmu dwari b’mod negattiv minħabba l-​apparenza tiegħi.”

Fuq kollox, ngħiduha kif inhi: Dment li tgħix taħt is-​saqaf tal-​ġenituri tiegħek, int għadek taħt l-​awtorità tagħhom. (Kolossin 3:20) Xorta waħda, ladarba tifhem il-​ħarsa tagħhom—u huma tiegħek—forsi tkun sorpriż dwar kemm spiss tistgħu taslu għal qbil. B’riżultat taʼ dan, il-​ġlied dwar l-​ilbies jistaʼ fl-​aħħar jispiċċa!

Suġġeriment Dwar il-​Moda: Meta tipprova l-​ħwejjeġ, taħsibx biss dwar dak li tara fil-​mera. Tibdila li tidher modesta tistaʼ ma tkunx daqshekk modesta meta toqgħod bilqiegħda jew titbaxxa biex tiġbor xi ħaġa. Jekk inhu possibbli, itlob l-​opinjoni taʼ xi ġenitur jew ħabiba matura.

Iktar artikli mis-​serje “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu” jistgħu jinstabu fuq is-​sit www.watchtower.org/ype

[Nota taʼ taħt]

a Filwaqt li twissijiet Bibliċi bħal dawn huma indirizzati lin-​nisa, il-​prinċipji japplikaw għaż-​żewġ sessi. Ara l-​kaxxa “Xi Ngħidu għas-​Subien?”

AĦSEB DWAR DAN

Aħseb dwar tibdila li tixtieq tixtri. Imbagħad staqsi lilek innifsek:

◼ Liema “messaġġ” qed twassal?

◼ Liema reazzjoni tistaʼ tqanqal f’oħrajn?

◼ Verament qed infittex dik ir-​reazzjoni u l-​konsegwenzi li ġġib magħha?

[Kaxxa/Stampi f’paġna 19]

Eżerċizzju Dwar l-​Ilbies

Istruzzjonijiet: Ikkopja din il-​paġna. Staqsi lill-​ġenituri tiegħek jimlew il-​kolonna tal-​lemin filwaqt li int timla l-​kolonna tax-​xellug. Imbagħad biddel il-​karta tiegħek ma’ dik tal-​ġenituri, u ddiskutu t-​tweġibiet tagħkom. Hemm xi sorpriżi? X’tgħallimtu dwar il-​perspettivi taʼ xulxin li ma kontux tafu bihom qabel?

GĦALIK GĦALL-​ĠENITURI TIEGĦEK

Aħseb dwar tibdila partikulari Aħseb dwar tibdila partikulari

li trid tilbes jew li t-​tifla adoloxxenti tiegħek

tixtri. trid tilbes jew tixtri.

◼ Għala togħġbok din ◼ Għala taħseb li t-​tifla tiegħek

it-​tibdila partikulari? Agħmel numru togħġobha din it-​tibdila? Agħmel

ħdejn il-​fatturi hawn taħt fl-​ordni numru ħdejn il-​fatturi hawn

skont il-​prijorità tiegħek. taħt fl-​ordni li taħseb li huma

l-​prijoritajiet tagħha.

․․․․․ Id-​ditta ․․․․․ Id-​ditta

․․․․․ Kemm tingħoġob mis-​sess oppost ․․․․․ Kemm tingħoġob mis-​sess oppost

․․․․․ Kemm hi aċċettabbli minn dawk tamparek ․․․․․ Kemm hi aċċettabbli minn dawk tamparek

․․․․․ Kemm hi komda ․․․․․ Kemm hi komda

․․․․․ Il-​prezz ․․․․․ Il-​prezz

․․․․․ Fattur ieħor ․․․․․ ․․․․․ Fattur ieħor ․․․․․

◼ L-​ewwel reazzjoni tal-​ġenituri tiegħi ◼ L-​ewwel reazzjoni tiegħi hi

għal din it-​tibdila x’aktarx li se tkun

□ “Żgur li le!” □ “Żgur li le!”

□ “Forsi.” □ “Forsi.”

□ “Iva tistaʼ.” □ “Iva tistaʼ.”

◼ X’aktarx li r-​raġuni għala ◼ Ir-​raġuni għall-​oġġezzjoni tiegħi hi għax

joġġezzjonaw hi għax

□ “Hi provokattiva wisq.” □ “Hi provokattiva wisq.”

□ “Hi traskurata wisq.” □ “Hi traskurata wisq.”

□ “Hi wisq tal-​moda.” □ “Hi wisq tal-​moda.”

□ “Hi tirrifletti ħażin fuqna □ “Hi tirrifletti ħażin fuqna

bħala l-​ġenituri tiegħek.” bħala l-​ġenituri tiegħek.”

□ “Hi għolja wisq.” □ “Hi għolja wisq.”

□ Raġuni oħra ․․․․․ □ Raġuni oħra ․․․․․

NISTGĦU NAĦDMU FLIMKIEN FUQ DAN?

◼ Il-​ħarsa tal-​ġenituri tiegħi b’liema ◼ L-​oġġezzjoni tagħna għal din it-tibdila

mod hi taʼ għajnuna? hi sempliċement kwistjoni taʼ

preferenza persunali?

․․․․․ □ Iva □ Possibbilment □ Le

◼ Tistaʼ ssir xi ħaġa ◼ Tistaʼ ssir xi ħaġa

biex l-​ilbies ikun biex l-​ilbies ikun

aċċettabbli? aċċettabbli?

․․․․․ ․․․․․

ID-​DEĊIŻJONI

․․․․․

[Kaxxa/Stampi f’paġna 20]

DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK

“Ma fiha xejn ħażin li jkollok l-​‘istil’ tiegħek f’dak li tilbes, dment li ma jmurx kontra l-​prinċipji Bibliċi. Hemm ħafna affarijiet x’tistaʼ tixtri li jidhru sbieħ u li mhumiex oġġezzjonabbli.”—Derrick.

“Meta kont adoloxxenti, ridt inkun indipendenti. Ma kontx nieħu pjaċir li jgħiduli x’għandi nilbes. Però, maż-​żmien, irrealizzajt li ma kontx qed ningħata r-​rispett li ridt—mhux sakemm bdejt nikkunsidra l-​opinjoni tal-​ġenituri tiegħi u taʼ oħrajn akbar fl-​età.”—Megan.

“Meta nara tfajliet lebsin ħwejjeġ ħamalli, ir-​rispett tiegħi għalihom jonqos. Mill-​banda l-​oħra, meta nara nies lebsin ħwejjeġ modesti imma tal-​moda, naħseb bejni u bejn ruħi, ‘Hekk nixtieq li n-​nies jarawni.’” —Nataleine.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 21]

XI NGĦIDU GĦAS-​SUBIEN?

Il-​prinċipji Bibliċi li hemm f’dan l-​artiklu japplikaw għas-​subien ukoll. Kun modest. Ħalli l-​persuna minn ġewwa, f’qalbek—dak li int verament—tiddi. Meta tikkunsidra xi ħaġa tal-​ħwejjeġ, staqsi lilek innifsek: ‘X’se tgħid dwari? Il-​“messaġġ” li twassal jirrifletti min jien tassew?’ Ftakar, l-​ilbies huwa mod kif tesprimi ruħek. Kun ċert li l-​ħwejjeġ tiegħek jirriflettu l-​prinċipji li temmen fihom!

[Kaxxa f’paġna 21]

NOTA LILL-​ĠENITURI

Ikkunsidra l-​eżempju tal-​bidu f’dan l-​artiklu, u immaġina li Heather hi t-​tifla tiegħek. Ma tistax ma tinnotax it-​tibdila immodesta li liebsa. Int tirreaġixxi mill-​ewwel, “Mur f’kamartek u biddel, sinjorina, jew inkella ma tmur imkien!” Reazzjoni bħal din jistaʼ jkollha riżultati. Wara kollox, bintek bilfors ikollha tobdik. Imma kif tgħallimha tbiddel il-​mod taʼ ħsieb tagħha u mhux biss ħwejjiġha?

◼ L-​ewwel, ftakar li l-​konsegwenzi tan-​nuqqas taʼ modestja jridu jkunu importanti għall-​adoloxxenti tiegħek daqskemm huma għalik jekk mhux iktar. F’qalbha, it-​tifla tiegħek ma tridx taqaʼ għaċ-​ċajt jew tiġbed attenzjoni mhix mixtieqa. Bil-​paċenzja enfasizza li stili immodesti fir-​realtà mhumiex attraenti.b Issuġġerixxi xi alternattivi.

◼ It-​tieni, “ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.” (Filippin 4:5) Staqsi lilek innifsek, ‘L-​ilbies imur kontra xi prinċipju Bibliku, jew hu sempliċement kwistjoni taʼ preferenza persunali?’ (2 Korintin 1:24) Jekk hi kwistjoni taʼ preferenza, tistaʼ tħalliha tilbsu?

◼ It-​tielet, mhux kemm tgħid lit-​tifla adoloxxenti dak li mhuwiex aċċettabbli. Għinha ssib ħwejjeġ li huma xierqa. Żgur li l-​ħin u l-​isforz tiegħek ma jkunux għalxejn.

[Nota taʼ taħt]

b It-​tifel jew it-​tifla adoloxxenti tiegħek x’aktarx li hi konxja ħafna dwar id-​dehra tagħha; għalhekk oqgħod attent li ma tagħtihiex x’tifhem li hemm xi ħaġa ħażina fid-​dehra tagħha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja