LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/10 p. 15
  • Kun Kuntent bil-Kulur tal-Ġilda Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Kuntent bil-Kulur tal-Ġilda Tiegħek
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Għandek Tinkwieta Dwar li Tqattaʼ Ħin Twil fix-Xemx?
    Stenbaħ!—2009
  • Int Li Tħobb Tixxemmex Ipproteġi l-​Ġilda Tiegħek!
    Stenbaħ!—1999
  • Ġilda tas-serp
    Stenbaħ!—2014
  • Il-Ġilda Tiegħek—“Sur taʼ Belt”
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 7/10 p. 15

Kun Kuntent bil-​Kulur tal-​Ġilda Tiegħek

● Xi nies fl-​Afrika, fin-​Nofsinhar tal-​Asja, fil-​Karibew, u fil-​Lvant Nofsani jassoċjaw kulur tal-​ġilda iktar ċar mal-​prosperità u mal-​aħħar moda. Minħabba f’hekk, għadd konsiderevoli taʼ rġiel u nisa f’dawn il-​postijiet jużaw prodotti biex jiċċaraw il-​kulur tal-​ġilda tagħhom—imma kultant saħħithom tħallas qares għal dan.

Xi kremi li jiċċaraw il-​ġilda fihom l-​idrokinone, kimika li tibbliċja u li tnaqqas il-​produzzjoni tal-​melanina, u b’hekk tnaqqas il-​protezzjoni naturali tal-​ġilda kontra r-​raġġi ultravjola (UV) li jagħmlu l-​ħsara. L-​idrokinone jippenetra l-​ġilda u jistaʼ jikkaġuna ħsara irriversibbli lit-​tessuti li jgħaqqdu l-​organi maʼ xulxin. Wieħed mir-​riżultati hu x-​xjuħija qabel il-​waqt. Il-​kimika tistaʼ wkoll tikkaġuna l-​kanċer. Kremi oħrajn fihom il-​merkurju, li hu sustanza velenuża oħra.

Barra minn hekk, l-​użu kontinwu taʼ prodotti bħal dawn jistaʼ jikkaġuna raxxijiet li jisfiguraw, tebgħat koroh, u ġilda tant dgħajfa li ma tkunx tistaʼ tiġi meħjuta f’każ taʼ xi ferita. U jekk il-​kimiċi f’xi wħud minn dawn il-​kosmetiċi jidħlu fid-​demm, jistgħu jagħmlu ħsara lill-​fwied, lill-​kliewi, jew lill-​moħħ—saħansitra jistgħu jikkaġunaw ħsara kbira fl-​organi.

Ironikament, filwaqt li xi nies li għandhom ġilda skura jridu jiċċarawha, ħafna nies li għandhom ġilda bajda jagħmlu minn kollox biex jismaru. M’għandniex xi ngħidu, li tesponi ruħek għax-​xemx b’moderazzjoni jistaʼ jkun taʼ ġid għal saħħtek. Pereżempju, jistaʼ jgħin fil-​produzzjoni tal-​vitamina D. Imma li tesponi ruħek għax-​xemx għal żmien twil, speċjalment meta x-​xemx tkun fl-​aqwa tagħha, jistaʼ jkun taʼ ħsara. Fil-​fatt, meta l-​ġilda tismar hija indikazzjoni li tkun diġà ġarrbet xi ħsara u li qed tipprova tipproteġi lilha nfisha milli tiġi esposta għal iktar raġġi UV li jagħmlu l-​ħsara. Imma din il-​protezzjoni hi limitata. Pereżempju, is-​smurija fuq ġilda bajda tipprovdi protezzjoni kontra x-​xemx taʼ mhux iktar minn factor erbgħa. Filwaqt li l-​użu regulari taʼ kremi protettivi jistaʼ jgħin, ma jipprovdix protezzjoni sħiħa kontra l-​ħsara lill-​ġilda u ċerti kanċrijiet, inkluż il-​melanoma.

B’hekk, l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa tirrikkmanda “li jissaħħaħ il-​messaġġ li kulħadd għandu jkun kuntent bil-​kulur naturali tal-​ġilda tiegħu,” u dan hu pass importanti biex dak li jkun jitqanqal ħalli jipproteġi lilu nnifsu kontra l-​ħsara li tistaʼ tikkaġuna x-​xemx. Madankollu, dawk li huma verament għorrief jiffokaw fuq dik li l-​Bibbja ssejħilha “l-​persuna minn ġewwa, fil-​qalb,” li, għall-​kuntrarju tal-​ġilda li tixjieħ, tistaʼ titjieb biż-​żmien!—1 Pietru 3:3, 4; Proverbji 16:31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja