LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/12 pp. 10-11
  • Ftakar Biex Tgħid Grazzi!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ftakar Biex Tgħid Grazzi!
  • Stenbaħ!—2012
  • Materjal Simili
  • Kif tasal biex tagħti l-aqwa rigal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • L-​aqwa rigal mingħand Alla—Għala daqstant prezzjuż?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • “Kien l-aqwa rigal li qatt qlajt”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Niżżuk Ħajr, Jehovah
    Għannu Tifħir lil Jehovah
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2012
g 10/12 pp. 10-11

Ftakar Biex Tgħid Grazzi!

META kienet l-​aħħar darba li rċivejt nota taʼ ringrazzjament? Meta kienet l-​aħħar darba li bgħatt nota int?

F’din id-​dinja taʼ komunikazzjoni bil-​kompjuter saret xi ħaġa rari ħafna biex tara messaġġi taʼ gratitudni miktubin bl-​idejn. Imma, li tgħid “grazzi” bil-​miktub hu mod speċjali kif tgħid lil dak li jkun li tapprezza l-​qalb tajba tiegħu. Dawn li ġejjin huma xi suġġerimenti dwar kif tistaʼ tagħmel dan.

1. In-​nota iktibha b’idek biex tkun iktar persunali.

2. Uża l-​isem personali tal-​individwu li trid tirringrazzja.

3. Jekk irċivejt rigal, semmi r-​rigal u għid kif biħsiebek tużah.

4. Erġaʼ rringrazzja lill-​persuna fl-​aħħar tan-​nota.

Nota taʼ ringrazzjament tħalli impressjoni tajba fuq min jirċiviha.

Mela darb’oħra, meta xi ħadd jurik ospitalità, ikun ħanin miegħek, jew jagħtik rigal, uri li l-​isforzi tiegħu huma apprezzati. Ftakar biex tgħid grazzi!

[Kaxxa/Stampa f’paġna 11]

Għażiża Zija Mary,

Grazzi ħafna tal-​iżveljarin li tajtni! Diġà bdejt nużah, minħabba li spiss nibqaʼ rieqed. Ħadt pjaċir narak il-​ġimgħa li għaddiet, u nittama li wasalt id-​dar qawwija u sħiħa. Inħarsu ʼl quddiem li ma ndumux ma nerġgħu narawk.

Grazzi għal darb’oħra tar-​rigal utli li tajtni!

In-​neputi tiegħek,

John

[Stampa]

(1)

[Kaxxa f’paġna 11]

SUĠĠERIMENTI

● Tirreferix għal għotjiet taʼ flus direttament. Pereżempju, minflok ma tispeċifika l-​ammont li rċivejt, tistaʼ tgħid: “Grazzi tal-​għotja ġeneruża tiegħek. Qed nippjana biex nużaha għal . . . ”

● Inkludi biss informazzjoni li hi relatata mal-​għotja u l-​apprezzament tiegħek għaliha. Dan ma jkunx il-​ħin biex toqgħod tirrakkonta fid-​dettall dwar il-​vaganza tas-​sajf tiegħek jew biex tirrakkonta li reċentement kellek tidħol l-​isptar.

● Tgergirx dwar xi problemi li kellek bir-​rigal. Pereżempju, ma tkunx qalbek tajba jekk tikteb, “Grazzi tat-​towster—imma ma toqgħodlix fuq il-​bank tal-​kċina!”

[Kaxxa f’paġna 11]

Il-​Bibbja tinkuraġġina biex inkunu grati. (Luqa 17:11-​19) Twissina biex ‘nitolbu bla waqfien’ lil Alla, u żżid tgħid: “Roddu ħajr f’kollox.”—1 Tessalonikin 5:17, 18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja