LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 12/13 pp. 12-13
  • Kif Tkun Semmiegħ Tajjeb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tkun Semmiegħ Tajjeb
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • Ittratta lil Sieħbek fiż-Żwieġ bir-Rispett
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Meta Jkun Hemm Nuqqas taʼ Qbil fiż-Żwieġ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Kif issolvu l-problemi
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Tistaʼ Ssalvah Iż-Żwieġ Tiegħek!
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 12/13 pp. 12-13

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IŻ-​ŻWIEĠ

Kif Tkun Semmiegħ Tajjeb

L-​ISFIDA

“M’intix tismagħni!” tgħidlek martek. Imma tgħid lilek innifsek: ‘Imma kont qed nismaʼ.’ Però milli jidher, dak li int smajt hu differenti minn dak li qaltlek martek. B’hekk, jiżbroffa argument ieħor.

Dan it-​tilwim tistaʼ tevitah. L-​ewwel, però, trid tifhem il-​għala forsi ‘ma tismax’ dettalji importanti minn dak li qed jgħid is-​sieħeb jew is-​sieħba—għalkemm int taħseb li tkun qed tismaʼ.

GĦALA JIĠRI DAN

M’intix moħħok hemm, tkun għajjien, jew it-​tnejn li huma. It-​tfal qed jgħajtu, it-​televixin miftuħ kollu, u qed taħseb dwar problema li nqalgħetlek fuq ix-​xogħol. Issa tibda tkellmek martek—xi ħaġa dwar li ġej xi ħadd għandkom illejla. Tagħmel sinjal b’rasek li “Orrajt,” imma verament smajt xi ntqal? Aktarx li le.

Tassumi. Dan ġie msejjaħ forma taʼ “qari tal-​moħħ” li tagħmel il-​ħsara. Int tassumi li hemm xi messaġġ moħbi fil-​kliem taʼ martek, meta fil-​fatt forsi int tkun qed tasal għal konklużjoni żbaljata. Pereżempju, ejja ngħidu li martek tgħidlek: “Ħdimt ħafna owvertajm dil-​ġimgħa.” Int tinterpreta dan bħala kritika, u tgħid: “Mhux it-​tort tiegħi! Irrid naħdem iżjed għax int qed tonfoq wisq.” “Ma kontx qed inwaħħal fik!” tgħajjat martek—li oriġinarjament kien bi ħsiebha sempliċement tissuġġerixxi li tqattgħu tmiem il-​ġimgħa tirrilassaw flimkien.

Tipprova ssib soluzzjonijiet qabel ma tismaʼ. “Xi drabi kull ma nkun irrid hu li nesprimi kif inkun qed inħossni,” tgħid Marcie.a “Imma Mike ikun irid jgħidli x’għandi nagħmel. Jien mhux soluzzjoni rrid. Sempliċement irrid li jkun jaf kif qed inħossni.” Il-​problema? Mike qed iħabbel moħħu biex ifittex isib soluzzjoni. B’hekk, aktarx li mhux se jismaʼ kulma qed tgħidlu Marcie.

Hi x’inhi l-​kawża tal-​problema, kif tistaʼ ssir semmiegħ aħjar?

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Agħti l-​attenzjoni kollha tiegħek. Martek għandha xi ħaġa importanti x’tgħid, imma int lest li tismaʼ? Forsi le. F’dak il-​ħin tistaʼ tkun moħħok f’xi ħaġa oħra. Jekk inhu hekk, tagħmilx tabirruħek li qed tismaʼ. Jekk inhu possibbli ieqaf minn dak li tkun qed tagħmel u agħti l-​attenzjoni sħiħa tiegħek lil martek. Inkella, forsi tistaʼ tgħidilha tistenna sakemm tkun tistaʼ tagħmel dan.—Prinċipju Bibliku: Ġakbu 1:19.

Ftiehmu li ma titkellmux f’daqqa. Meta jkun imissek tismaʼ int, irreżisti t-​tentazzjoni li tinterrompi jew targumenta. Se jkollok ċans titkellem iktar tard. Għalissa, ismaʼ biss.—Prinċipju Bibliku: Proverbji 18:13.

Staqsi mistoqsijiet. Dan se jpoġġik f’pożizzjoni biex tifhem aħjar dak li martek tkun qed tgħid. Marcie, li ssemmiet qabel, tgħid: “Tgħidx kemm nieħu pjaċir meta Mike jistaqsini mistoqsijiet. Juri li jkun qed jinteressa ruħu f’dak li nkun qed ngħid.”

Tismax biss il-​kliem, imma l-​messaġġ ukoll. Agħti kas il-​mossi, il-​movimenti tal-​għajnejn, u t-​ton tal-​vuċi. “Orrajt” forsi fir-​realtà tkun tfisser “Mhux orrajt”—jiddependi kif tingħad. “Int qatt ma tgħinni” tistaʼ tfisser “Inħoss li m’iniex importanti għalik.” Ipprova ifhem x’riedet tgħid, anki jekk dan ma tlissnux. Inkella tistaʼ tkun qed tillitika fuq x’qalet minflok ma tiffoka fuq x’riedet tfisser.

Ibqaʼ ismaʼ. Tinjorax lil dak li jkun jew iddabbar rasek ’l hemm, anki jekk dak li tismaʼ ma jdoqqx għal widnejk. Pereżempju, xi ngħidu jekk martek qed tikkritikak? “Ibqaʼ ismaʼ,” hu l-​parir taʼ Gregory, li ilu miżżewweġ ’il fuq minn 60 sena. “Uri konsiderazzjoni ġenwina għal dak li tkun qed tgħid martek. Dan jirrikjedi ċerta maturità, imma jaqbillek.”—Prinċipju Bibliku: Proverbji 18:15.

Kun sinċerament interessat f’martek. Li tismaʼ b’attenzjoni mhuwiex biss teknika, imma wkoll att taʼ mħabba. Meta jkollok interess ġenwin f’dak li tkun qed tgħid martek, ikun iktar faċli u naturali li tismagħha. B’hekk, tkun qed issegwi l-​parir tal-​Bibbja: “Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—Filippin 2:4.

a L-​ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Kull bniedem irid ikun ħafif biex jismaʼ, tqil biex jitkellem.” —Ġakbu 1:19.

  • “Meta xi ħadd iwieġeb qabel ma jismaʼ l-​kwistjoni, dan ikun bluha min-​naħa tiegħu u umiljazzjoni.”—Proverbji 18:13.

  • “Widnet l-​għorrief tipprova ssib l-​għarfien.”—Proverbji 18:15.

JEKK QED TITKELLEM

Jekk tipprova titkellem waqt li martek jew żewġek qiegħed f’kamra oħra, se jismaʼ hu dak li qed tgħid? Forsi jkun aħjar li l-​ewwel tagħmel ċert li tiġbed l-​attenzjoni tiegħu jew stenna opportunità aħjar.—1 Pietru 3:8.

Ikkunsidra eżempju Bibliku: Meta Ġesù kellu punt importanti x’joħroġ dwar l-​umiltà, hu ma qabadx u tefagħha bl-​addoċċ. Hu stenna x-​xoqqa f’moxtha, meta ċ-​ċirkustanzi kienu eċċellenti biex wieħed jismaʼ x’kellu jgħid. Imbagħad sejjaħ lill-​appostli lejh u ħareġ il-​punt tiegħu.—Marku 9:33-​35; 12:41-​44.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja