LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/14 pp. 2-6
  • Websajt unika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Websajt unika
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALL-KOPPJI
  • GĦALL-​ĠENITURI
  • GĦAŻ-​ŻGĦAŻAGĦ
  • GĦAL DAWK LI JRIDU JITGĦALLMU DWAR IL-BIBBJA
  • Uża l-fuljett il-ġdid tal-Websajt
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
  • Werrej
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 1/14 pp. 2-6
Żagħżugħa tidħol fuq jw.org/mt

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Websajt unika

  • AQRA l-​Bibbja b’xi 50 lingwa u materjal ieħor ibbażat fuq il-​Bibbja b’iktar minn 500 lingwa.

  • SIB materjal bi kważi 70 lingwa tas-​sinjali.

  • FITTEX fil-​Websajt b’mijiet taʼ lingwi.

  • ISMAʼ drammi bl-​awdjo li jġibulek quddiem għajnejk ġrajjiet eċċitanti mill-​Bibbja.

  • ARA KIF ġrajjiet Bibliċi jieħdu l-​ħajja permezz taʼ stejjer bl-​istampi.

  • ARA drammi u vidjows ibbażati fuq il-​Bibbja li jgħinuk tiffaċċja sfidi fil-​ħajja.

  • IDDAWNLOWDJA e-​books, artikli minn rivisti, u fajls bl-​awdjo, kollha b’xejn.

  • IRRIĊERKA varjetà taʼ suġġetti bl-​użu tal-​LIBRERIJA ONLAJN—bieb għal abbundanza taʼ informazzjoni b’iktar minn 100 lingwa.

GĦALL-KOPPJI

“Jien irridha tirnexxi l-​familja tiegħi. Jien u marti għaddejna minn żmien diffiċli dan l-​aħħar, speċjalment mindu kellna t-​tfal. Napprezzaw kwalunkwe għajnuna li tingħatalna”

IL-​BIBBJA TGĦID:

“Dar tinbena bl-​għerf, u bid-​dixxerniment tkun stabbilita fis-​sod.”—Proverbji 24:3.

PARTIJIET UTLI TAL-​WEBSAJT

Koppja tidħol fis-​sezzjoni Koppji u Ġenituri fuq jw.org/mt

Is-​sezzjoni “Koppji u Ġenituri” tistaʼ tgħinek tegħleb sfidi bħalma huma:

  • Problemi li jinqalgħu fl-​ewwel sena taż-​żwieġ

  • Relazzjoni mal-​kunjati

  • Dixxiplina tat-​tfal

  • Tilwim

  • Problemi taʼ flus

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > KOPPJI U ĠENITURI)

Is-​Sigriet taʼ l-​Hena fil-​Familja hu ktieb li jkopri varjetà taʼ suġġetti dwar il-​familja, milli tipprepara għaż-​żwieġ għal li tieħu ħsieb ġenituri mdaħħlin fiż-​żmien.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > KOTBA U BROWXERS)

GĦALL-​ĠENITURI

“M’hemm xejn iktar importanti għalija minn uliedi. Irridhom isiru adulti li nkun kburija bihom”

IL-​BIBBJA TGĦID:

“Ħarreġ tifel skond it-​triq xierqa għalih; lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.”—Proverbji 22:6.

PARTIJIET UTLI TAL-​WEBSAJT

Missier u ibnu żgħir jidħlu fis-​sezzjoni Tfal fuq jw.org/mt

Is-​sezzjoni “Tfal” fiha stejjer mill-​Bibbja bl-​istampi, attivitajiet bl-​istampi, vidjows, u lezzjonijiet mill-​Bibbja li jistgħu jgħinuk tgħallem lil uliedek biex . . .

  • ikunu ubbidjenti

  • juru qalb tajba

  • ma jillitikawx

  • jitgħallmu jgħidu “grazzi”

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > TFAL)

Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja u Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir huma kotba sbieħ bl-​istampi maħsubin biex taqrahom maʼ wliedek.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > KOTBA U BROWXERS)

GĦAŻ-​ŻGĦAŻAGĦ

“Nixtieq ikolli xi suġġerimenti biex inkampa mal-​isfidi bħall-​iskola, il-​ġenituri tiegħi, sħabi, u dawk tas-​sess oppost. M’għadnix tifel żgħir, u m’għandix bżonn prietki”

IL-​BIBBJA TGĦID:

“Ħalli lil qalbek thennik f’jiem żgħożitek.”—Ekkleżjasti 11:9.

PARTIJIET UTLI TAL-​WEBSAJT

Adoloxxent tara s-​sezzjoni Adoloxxenti fuq jw.org/mt

Is-​sezzjoni “Żgħażagħ” fiha artikli u vidjows li jistgħu jgħinuk . . .

  • jekk tħossok waħdek

  • jekk għandek il-​problemi l-​iskola

  • jekk ksirt xi regola tad-​dar

  • jekk int vittma tal-​bullying jew qed tiġi ttantat sesswalment

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > ŻGĦAŻAGĦ)

L-​ewwel volum taʼ Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom jittratta 39 mistoqsija li jitqajmu spiss.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > KOTBA U BROWXERS)

GĦAL DAWK LI JRIDU JITGĦALLMU DWAR IL-BIBBJA

“Nixtieq nifhimha l-​Bibbja. Mnejn nistaʼ nibda?”

IL-​BIBBJA TGĦID:

“L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem.”—2 Timotju 3:16.

PARTIJIET UTLI TAL-​WEBSAJT

It-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa hi verżjoni tal-​Bibbja eżatta u faċli taqraha.

(Ikklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > BIBBJA)

Is-​sezzjoni “Mistoqsijiet Dwar il-​Bibbja Mweġbin” tagħti tweġibiet ċari għal mistoqsijiet bħal “Alla għala ppermetta l-​Olokawst?” u “Ġesù meta twieled?”

(Ikklikkja fuq TAGĦLIM TAL-​BIBBJA > MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN)

Il-​paġna “Itlob Studju tal-​Bibbja b’Xejn” tippermettilek tieħu vantaġġ mill-​kors tal-​istudju tal-​Bibbja b’xejn.

(Ikklikkja fuq il-​ħolqa “Itlob Studju tal-​Bibbja” fil-​paġna tad-​dħul)

“Jien waqaft naqra l-​Bibbja għax ma stajtx nifhimha. Imma meta bdejt nistudjaha bl-​użu tal-​ktieb ‘Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?’ bqajt iċċassata kemm il-​Bibbja hi faċli u ċara.”—Christina.

GĦANDEK MISTOQSIJIET DWAR IX-​XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA?

Is-​sezzjoni “Mistoqsijiet Komuni” twieġeb mistoqsijiet komuni dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova, bħal “Intom għala titkellmu maʼ nies li diġà jkollhom reliġjon?” u “Ix-​xogħol tagħkom kif jiġi finanzjat?”

(Ikklikkja fuq DWARNA > MISTOQSIJIET KOMUNI)

Kuljum, madwar 700,000 ruħ iżuru jw.org. Għala ma tagħmilx bħalhom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja