LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/14 p. 9
  • Għax hemm tama

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għax hemm tama
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Int Kif Tħares Lejn il-Futur?
    Int kif tħares lejn il-futur?
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Il-Bibbja Twegħedna Futur Sabiħ
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Ibda Sir Af Kif mill-Bibbja
  • Fejn Tistaʼ Ssib Tama Vera?
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 4/14 p. 9
Raġel b’tama soda fil-​wegħdi t’Alla

SUĠĠETT PRINĊIPALI SUBJECT | GĦALA TIBQAʼ TGĦIX?

3 Għax hemm tama

“Il-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.” —SALM 37:11.

Il-​Bibbja tgħid li l-​ħajja hi ‘mimlija taħbit.’ (Ġob 14:1) Illum, kulħadd jgħaddi minn traġedja jew oħra. Imma xi nies jaqtgħu qalbhom għalkollox mill-​ħajja, bħallikieku ma kien hemm ebda xaqq dawl taʼ tama, ebda prospett għal futur aħjar. Int hekk tħossok? Jekk iva, serraħ moħħok li l-​Bibbja toffri tama ġenwina—mhux għalik biss imma għall-​umanità kollha. Pereżempju:

  • Il-​Bibbja tgħallem li Alla Ġeħova kellu f’moħħu xi ħaġa bil-​wisq aħjar għalina.—Ġenesi 1:28.

  • Alla Ġeħova jwiegħed li se jagħmel l-​art tagħna ġenna.—Isaija 65:21-​25.

  • It-​twettiq taʼ dik il-​wegħda hu ċert. Rivelazzjoni 21:3, 4 jgħid:

    “It-​tinda t’Alla hi mal-​bnedmin, u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-​popli tiegħu. U Alla stess ikun magħhom. U jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”

Din it-​tama mhix sempliċi fantasija. Alla Ġeħova se jara li l-​iskop tiegħu jsir realtà, u hu għandu kemm il-​qawwa kif ukoll ix-​xewqa li jwettqu. It-​tama li tagħti l-​Bibbja hi taʼ min joqgħod fuqha u tipprovdi tweġiba soda għall-​mistoqsija “Għala tibqaʼ tgħix?”

FTAKAR DAN: Għalkemm l-​emozzjonijiet tiegħek jistgħu jduru u jagħqdu bħal dgħajsa f’baħar imqalleb, il-​messaġġ taʼ tama li tagħti l-​Bibbja jistaʼ jkun bħal ankra li żżommok stabbli.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL ILLUM: Ibda investiga x’tgħallem il-​Bibbja dwar tama ġenwina għall-​futur. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jgħinuk. Tistaʼ tikkuntattjahom fl-​inħawi tiegħek jew tistaʼ ssib informazzjoni taʼ valur fuq il-​Websajt tagħhom, jw.org/mt.a

a Suġġeriment: Żur jw.org/mt u kklikkja fuq PUBBLIKAZZJONIJIET > LIBRERIJA ONLAJN. Minn hemm, fittex kliem prinċipali bħal “dipressjoni” jew “suwiċidju” biex issib iktar għajnuna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja