LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 5/15 pp. 12-13
  • L-annimali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-annimali
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​bnedmin kif għandhom jittrattaw lill-​annimali?
  • Hu ħażin li toqtol l-​annimali?
  • L-annimali jmorru s-sema?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jimpurtah Alla mill-Annimali?
    Stenbaħ!—2012
  • Il-​Kattiverija lejn l-​Annimali​—Hija Din Ħażina?
    Stenbaħ!—1998
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 5/15 pp. 12-13
Raġel imelles żiemel

IL-ĦARSA TAL-BIBBJA

L-annimali

B’mod jew ieħor, il-​ħajja taʼ kważi kulħadd tiġi effettwata mill-​annimali. Aħna responsabbli għal kif nittrattawhom?

Il-​bnedmin kif għandhom jittrattaw lill-​annimali?

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Xi wħud jemmnu li l-​annimali jistgħu jintużaw bi kwalunkwe mod li jrid il-​bniedem. Oħrajn iħossu li l-​annimali għandhom jiġu trattati bl-​istess mod kif jiġu trattati n-​nies.

  • Attivista prominenti għad-​drittijiet tal-​annimali qal li l-​annimali għandhom igawdu d-​“dritt bażiku li ma jiġux trattati biss bħala riżorsi jew oġġetti li jinxtraw u jinbiegħu.” Hu jżid: “Għandna nieqfu nittrattaw lill-​annimali li mhumiex bnedmin bħala l-​proprjetà tagħna.”

  • F’dak li ħafna jaħsbu li hu każ estrem, il-​biljunarju Leona Helmsley ħalliet 9,260,000 ewro b’wirt biex jintużaw għall-​kelba tagħha u kitbet fit-​testment li l-​fdalijiet tal-​kelba jitpoġġew ħdejn tagħha wara li din tkun mietet.

Aħseb dwar dan: Int kif tħoss li l-​annimali għandhom jiġu trattati?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Ħallieq tal-​ħajja, Alla Ġeħova, qal lill-​bnedmin: “Ħa jkunu sottomessi lejkom il-​ħut tal-​baħar u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u kull ħliqa ħajja li titħarrek fuq l-​art.” (Ġenesi 1:28) Mela, ikun raġunevoli li ngħidu li Alla jqis lill-​bnedmin bħala li huma superjuri għall-​annimali.

Dan ir-​raġunar hu appoġġat mill-​istqarrija sinifikanti li hemm eżatt qabel dan il-​vers. Il-​Bibbja tgħid li “Alla ħalaq il-​bniedem fix-​xbieha tiegħu, fix-​xbieha t’Alla ħalqu; raġel u mara ħalaqhom.”—Ġenesi 1:27.

Peress li l-​bniedem ġie maħluq “fix-​xbieha t’Alla,” aħna uniċi f’kif nuru kwalitajiet divini, bħall-​għerf, il-​ġustizzja, u l-​imħabba. Il-​bnedmin jitwieldu bil-​kapaċità tal-​moralità u l-​ispiritwalità. L-​annimali huma neqsin minn abbiltajiet umani bħal dawn għax ma kinux maħluqin “fix-​xbieha t’Alla.” Huma inferjuri u ma kienx l-​iskop li jiġu trattati l-​istess bħall-​bnedmin.

Ifisser dan li l-​bnedmin għandhom id-​dritt li jittrattaw ħażin lill-​annimali? Le.

  • Fil-​Liġi tiegħu lill-​Iżraelin, Alla għamel ċert li l-​annimali jingħataw il-​mistrieħ, l-​ikel, l-​għajnuna meta jkunu fil-​periklu, u l-​protezzjoni biex ma tiġrilhomx ħsara.—Eżodu 23:4, 5; Dewteronomju 22:10; 25:4.

“Sitt ijiem għandek tagħmel ix-​xogħol tiegħek; imma fis-​sebaʼ jum tistrieħ, sabiex il-​barri u l-​ħmar tiegħek jistrieħu u bin l-​ilsira tiegħek u r-​resident barrani jieħdu r-​ruħ.”—Eżodu 23:12.

Hu ħażin li toqtol l-​annimali?

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Xi kaċċaturi u sajjieda joqtlu l-​annimali għall-​isport, u jeċċitaw ruħhom huma u jikkaċċjaw jew meta jaqbdu l-​priża. Oħrajn jaqblu mal-​kittieb Russu Leo Tolstoy, li kiteb li hu “sempliċement immorali” li l-​annimali jinqatlu u jittieklu.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Alla jippermetti lin-​nies joqtlu l-​annimali biex jipproteġu l-​ħajja umana jew biex ikollhom x’jilbsu. (Eżodu 21:28; Marku 1:6) Ukoll, il-​Bibbja tgħid li l-​bnedmin jistgħu joqtlu l-​annimali għall-​ikel. “Kull annimal ħaj li jitħarrek tistgħu tikluh,” jgħid Ġenesi 9:3. Anki Ġesù għen lid-​dixxipli tiegħu jaqbdu l-​ħut li iktar tard kielu minnu.—Ġwanni 21:4-​13.

Minkejja dan, il-​Bibbja tgħid li “lil kulmin iħobb il-​vjolenza Ruħu [Alla] tobogħdu.” (Salm 11:5) Allura jagħmel sens li Alla ma jridniex nagħmlu l-​ħsara jew noqtlu lill-​annimali sempliċement għall-​pjaċir jew bħala sport.

Il-​Bibbja tindika li Alla jqis il-​ħajja tal-​annimali bħala taʼ valur għoli.

  • Il-​Bibbja tgħid li fil-​ħolqien, “Alla għamel il-​bhejjem salvaġġi taʼ l-​art skond ġenshom u l-​annimali domestiċi skond ġenshom u kull annimal li jitkaxkar taʼ l-​art skond ġensu. U Alla ra li dan kien tajjeb.”—Ġenesi 1:25.

  • Il-​Bibbja tgħid dwar Ġeħova: “Lill-​bhejjem jagħtihom l-​ikel tagħhom.” (Salm 147:9) Alla ħalaq ekosistema li tipprovdi ikel u kenn abbundanti għall-​annimali.

  • Is-​sultan David taʼ Iżrael qal fit-​talb: “Int issalva lill-​bniedem u l-​bhima, O Ġeħova.” (Salm 36:6) Matul id-​Dulluvju globali, pereżempju, Ġeħova salva tmienja min-​nies u kull tip taʼ annimal qabel ma qered in-​nies mill-​agħar.—Ġenesi 6:19.

Biċ-​ċar, Ġeħova japprova l-​annimali li ħalaq, u jistenna li l-​bnedmin jittrattaw lill-​annimali bir-​rispett.

“Il-​ġust jieħu ħsieb l-​annimal domestiku tiegħu.”—Proverbji 12:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja