LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/15 pp. 12-13
  • L-adulterju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-adulterju
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhu l-​adulterju?
  • L-​adulterju jtemm l-​għaqda taż-​żwieġ?
  • Huwa l-​adulterju dnub li ma jinħafirx?
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Wara l-ġurnata tat-tieġ
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Onora “dak li Alla għaqqad flimkien”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • “Ħa Jkun iż-Żwieġ Onorabbli”
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 7/15 pp. 12-13
Mara b’qalbha maqsuma ddur ’l hemm waqt li żewġha jitlaq b’bagalja f’idu

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

L-​adulterju

Minkejja l-​benefiċċji li ġeneralment huma mfaħħrin tal-​lealtà fiż-​żwieġ, l-​adulterju jibqaʼ jħarbat ħafna familji.

X’inhu l-​adulterju?

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

F’xi kulturi, is-​sess barra ż-​żwieġ mhux meqjus bħala ħażin, speċjalment min-​naħa tal-​irġiel. U xi wħud ma jqisux iż-​żwieġ bħala unjoni permanenti.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Fil-​Bibbja, l-​adulterju ġeneralment jirreferi għal relazzjonijiet volontarji minn individwu miżżewweġ—kemm raġel jew mara—maʼ xi ħadd li mhux ir-​raġel jew il-​mara tiegħu. (Ġob 24:15; Proverbji 30:20) L-​adulterju huwa xi ħaġa mistkerrha mill-​ħarsa t’Alla. Fl-​Iżrael tal-​qedem, il-​kastig għalih kien il-​mewt. (Levitiku 18:20, 22, 29) Ġesù għallem li s-​segwaċi tiegħu kellhom jevitaw l-​adulterju.—Mattew 5:27, 28; Luqa 18:18-​20.

GĦALA HU IMPORTANTI

L-​adulteri jiksru l-​wegħda solenni li għamlu lis-​sieħeb jew lis-​sieħba tagħhom meta żżewġu. L-​adulterju huwa wkoll ‘dnub kontra Alla.’ (Ġenesi 39:7-​9). Jistaʼ jifred krudelment lit-​tfal mill-​ġenituri. Iżjed minn hekk, il-​Bibbja twissi li “Alla jiġġudika . . . lill-​adulteri.”—Ebrej 13:4.

“Ħa jkun iż-​żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-​sodda taż-​żwieġ bla tinġis.”—Ebrej 13:4.

L-​adulterju jtemm l-​għaqda taż-​żwieġ?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja tippermetti lil individwu miżżewweġ li jtemm l-​għaqda taż-​żwieġ tiegħu minħabba immoralità sesswali min-​naħa tas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħu. (Mattew 19:9) Dan ifisser li wara att taʼ infedeltà, is-​sieħeb innoċenti għandu d-​dritt jiddeċiedi jekk jibqax mas-​sieħeb jew sieħba żleali jew jiddivorzjax. Din hi deċiżjoni personali.—Galatin 6:5.

Min-​naħa l-​oħra, mill-​ħarsa t’Alla ż-​żwieġ hu għaqda sagra sal-​mewt. (1 Korintin 7:39) Alla jobgħod il-​fatt li wieħed jiddivorzja għal raġunijiet ibbażati fuq affarijiet żgħar, bħal li sempliċement ma jkunx sodisfatt bis-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħu. Għalhekk, deċiżjoni dwar id-​divorzju m’għandhiex tittieħed ħafif ħafif.—Malakija 2:16; Mattew 19:3-​6.

“Jien ngħidilkom li kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief minħabba ż-​żína, iqegħedha fil-​periklu li tagħmel adulterju.”—Mattew 5:32.

Huwa l-​adulterju dnub li ma jinħafirx?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Le. Il-​Bibbja tgħid li Alla juri ħniena lil dawk li jindmu u jduru lura minn dnubiethom— inkluż l-​adulterju. (Atti 3:19; Galatin 5:19-​21) Infatti, il-​Bibbja titkellem dwar irġiel u nisa li ma baqgħux jagħmlu adulterju u iżjed tard saru l-​ħbieb t’Alla.—1 Korintin 6:9-​11.

Il-​ħniena t’Alla ntweriet fil-​każ tas-​Sultan David tal-​Iżrael tal-​qedem. David għamel adulterju mal-​mara taʼ wieħed mill-​uffiċjali tal-​armata tiegħu. (2 Samwel 11:2-​4) Il-​Bibbja tgħid ċar u tond li “dak li kien għamel David deher ħażin” f’għajnejn Alla. (2 Samwel 11:27) Wara li ngħata ċanfira, David nidem u Alla ħafirlu. Minkejja dan, David kellu jbati l-​konsegwenzi taʼ niket għall-​azzjonijiet tiegħu. (2 Samwel 12:13, 14) Is-​sultan għaref Salamun iktar tard ikkonferma li “kulmin jagħmel adulterju . . . għandu qalbu belha.”—Proverbji 6:32.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Jekk għamilt adulterju, għandek bżonn titlob maħfra kemm lil Alla u kemm lir-​raġel jew il-​mara tiegħek. (Salm 51:1-​5) Tgħallem obgħod l-​adulterju bħalma jagħmel Alla. (Salm 97:10) Kun determinat li tevita l-​pornografija, fantasiji sesswali, li tifflertja, jew kull ħaġa oħra li tistaʼ twasslek għal li jkollok interess sesswali f’ħaddieħor li mhux is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek.—Mattew 5:27, 28; Ġakbu 1:14, 15.

Jekk kont vittma tal-​adulterju taʼ żewġek jew martek, serraħ moħħok li Alla jifhem kif tħossok. (Malakija 2:13, 14) Itlob għall-​faraġ u l-​gwida tenera tiegħu, u hu “jsostnik.” (Salm 55:22) Jekk tagħżel li taħfer lil żewġek jew martek u tkompli biż-​żwieġ tiegħek, it-​tnejn li intom ikollkom bżonn taħdmu bis-​sħiħ sabiex terġgħu ssaħħu l-​għaqda taż-​żwieġ tagħkom.—Efesin 4:32.

“Ġeħova, madankollu, jaħfirlek dnubek,” qal il-​profeta Natan lil David li kien nidem wara l-​adulterju tiegħu.—2 Samwel 12:13.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja