LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/15 pp. 10-11
  • Matematiku jispjega għala għandu fidi f’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Matematiku jispjega għala għandu fidi f’Alla
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • Mikrobijologa tispjega t-twemmin tagħha
    Stenbaħ!—2014
  • Wieħed li jiżviluppa s-softwer tal-kompjuters jispjega t-twemmin tiegħu
    Stenbaħ!—2017
  • Il-ħajja kif bdiet?
    Iktar Suġġetti
  • Bijokimika Tispjega t-Twemmin Tagħha
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 11/15 pp. 10-11
Dr. Gene Hwang

INTERVISTA | DR. GENE HWANG

Matematiku jispjega għala għandu fidi f’Alla

Dr. Gene Hwang, li twieled fl-​1950, f’Tainan, it-​Tajwan, hu professur irtirat tal-​matematika fin-​National Chung Cheng University tat-​Tajwan. Hu wkoll professur emeritu f’Cornell University, l-​Istati Uniti tal-​Amerika, fejn għallem u għamel riċerka dwar l-​istatistika u l-​probabbiltà. Għal ħafna snin, kien wieħed mill-​iktar awtoritajiet tal-​istatistika li x-​xogħlijiet tiegħu ġew ippubblikati. Dan il-​qasam għadu involut fih. Bħala raġel żagħżugħ, hu kien jemmen li l-​ħajja bdiet permezz taʼ proċessi evoluzzjonarji. Imma iżjed tard biddel il-​fehmtu. Stenbaħ! staqsieh dwar ix-​xogħol u t-​twemmin reliġjuż tiegħu.

X’tgħallimt bħala żagħżugħ?

L-​iskola li kont nattendi kienet tgħallem it-​teorija tal-​evoluzzjoni, imma ħadd m’għallem kif bdiet il-​ħajja nfisha. Meta l-​ġenituri tiegħi saru Taoisti, kont noqgħod nismaʼ l-​għalliema reliġjużi tagħhom u nistaqsihom ħafna mistoqsijiet. Imma ftit irċivejt tweġibiet li ssodisfawni.

Għala sirt matematiku?

Meta kont l-​iskola primarja, affaxxinajt ruħi bil-​matematika. Dan l-​affaxxinar kompla meta mort l-​università fejn kont nieħu pjaċir speċjalment b’korsijiet tal-​matematika u l-​probabbiltà. Għalija, prova matematika konċiża tistaʼ tkun kemm sabiħa u kemm eleganti.

Kif sirt interessat fil-​Bibbja?

Fl-​1978, marti, Jinghuei, bdiet tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova u kultant kont nieħu sehem fid-​diskussjonijiet. Sa dak iż-​żmien, konna ngħixu l-​Istati Uniti. Jinghuei kienet għadha kif iggradwat fil-​fiżika, u jien kont qed nistudja l-​istatistika f’Purdue University, Indiana.

X’deherlek mill-​Bibbja?

Bqajt impressjonat bir-​rakkont tagħha taʼ kif l-​art ġiet ippreparata għall-​ħajja umana. Għalkemm huma f’lingwaġġ sempliċi, is-​sitt perijodi tal-​ħolqien deskritti fil-​Ġenesi deher li kienu jaqblu mal-​fatti—għall-​kuntrarju tal-​mitoloġiji antiki.a Minkejja dan, għal bosta snin, ma sirtx nemmen f’Ħallieq.

Għala kienet problema għalik?

Li nemmen f’Ħallieq kien ifisser li niċħad ir-​reliġjon taʼ tfuliti

Is-​sentimenti tiegħi kienu involuti. Li nemmen f’Ħallieq kien ifisser li niċħad ir-​reliġjon taʼ tfuliti, għaliex it-​Taoiżmu tradizzjonali ma jgħallimx li hemm Alla, jew Ħallieq.

Imma, iktar tard, il-​ħarsa tiegħek inbidlet. Għala?

Iżjed ma ħsibt dwar l-​oriġini tal-​ħajja, iżjed sirt konvint li l-​ewwel ħaġa ħajja bilfors li kellha tkun komplessa ħafna. Pereżempju, kellha tkun kapaċi tirriproduċi, u dan jirrikjedi informazzjoni ġenetika u mekkaniżmu biex din l-​informazzjoni tiġi kkopjata bl-​eżatt. Ukoll, anki l-​iżjed ċellula ħajja sempliċi jkollha bżonn makkinarju molekulari biex tibni l-​partijiet kollha taʼ ċellula ġdida, kif ukoll il-​mezz biex tikkontrolla u tidderieġi l-​enerġija. Kif jistgħu mekkaniżmi komplessi bħal dawn jingħaqdu b’kumbinazzjoni minn materja bla ħajja? Bħala matematiku, ma stajtx naċċetta dan ir-​raġunar. Kif jistgħu proċessi li jiġu b’kumbinazzjoni jagħmlu dan?

X’kien li qanqlek teżamina iżjed mill-​qrib it-​tagħlim tax-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Kont bdejt nistudja max-​Xhieda kemm-​il darba. Imbagħad, fl-​1995, waqt żjara fit-​Tajwan, ħassejtni ma niflaħx u kelli bżonn l-​għajnuna. Mill-​Istati Uniti, marti kkuntattjat lix-​Xhieda taʼ Ġeħova fit-​Tajwan. Sabuni eżawrit ħdejn sptar fejn ma kienx hemm sodod disponibbli. Wieħed mix-​Xhieda ħadni f’lukanda biex nistrieħ. Baqaʼ jiġi jittawwalli u mbagħad ħadni fi klinika għall-​kura.

Il-​fatt li ġenwinament interessa ruħu fija messli qalbi, u ħsibt fit-​tul fuq kemm-​il darba x-​Xhieda taʼ Ġeħova wrew qalb tajba mal-​familja tiegħi drabi oħra. It-​twemmin tax-​Xhieda għamilhom differenti. Għalhekk erġajt bdejt l-​istudju tiegħi tal-​Bibbja magħhom. Is-​sena taʼ wara tgħammidt.

Il-​fidi tiegħek tikkontradixxi l-​istudji tiegħek?

Lanqas xejn! F’dawn l-​aħħar snin ipprovdejt appoġġ matematiku lil xjentisti li jistudjaw il-​funzjoni tal-​ġenetika. L-​istudju tal-​ġenetika jipprovdi dehen fil-​mekkaniżmi tal-​ħajja—dehen li jimlieni bi stagħġib għall-​għerf tal-​Ħallieq.

Agħtina eżempju taʼ dan l-​għerf.

Ikkunsidra r-​riproduzzjoni. Xi organiżmi, bħall-​ameba, m’għandhomx maskil u femminil. Dawn il-​mikrobi taʼ ċellula waħda sempliċement jagħmlu kopja tal-​informazzjoni ġenetika tagħhom u jinqasmu—proċess imsejjaħ riproduzzjoni mingħajr attività sesswali. Madankollu, il-​biċċa l-​kbira tal-​annimali u l-​pjanti jirriproduċu b’attività sesswali u b’hekk tingħaqad informazzjoni ġenetika tar-​raġel maʼ dik tal-​mara. Ir-​riproduzzjoni b’attività sesswali għala hi rimarkevoli?

istema taʼ riproduzzjoni li fiha organiżmu wieħed sempliċement jinqasam u jsir tnejn—u dan sar b’riżultati eċċellenti għal ħafna żmien—għala għandha tiżviluppa f’sistema li fiha żewġ affarijiet jingħaqdu biex isiru ħaġa waħda? Il-​mekkaniżmi bżonjużi biex tittieħed nofs l-​informazzjoni ġenetika mir-​raġel u n-​nofs l-​ieħor mill-​mara u jingħaqdu huma immensament komplikati, u dan jippreżenta problema enormi lill-​bijologi evoluzzjonarji. Fil-​fehma tiegħi, ir-​riproduzzjoni bbażata fuq il-​maskil u l-​femminil tipponta bla dubju taʼ xejn lejn moħħ Alla.

a Għal iżjed informazzjoni dwar il-​perijodi tal-​ħolqien, ara l-​browxer Was Life Created? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Hu disponibbli onlajn fuq www.jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja