LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 4 pp. 14-15
  • Is-sbuħija fiżika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-sbuħija fiżika
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala napprezzaw is-​sbuħija?
  • Għala hu għaqli li jkollok ħarsa bilanċjata?
  • Liema attitudni turi li wieħed għandu moħħ f’loku?
  • It-Tip taʼ Sbuħija l-Iktar Importanti
    Stenbaħ!—2005
  • Ħarsa Bilanċjata Lejn il-Moda
    Stenbaħ!—2003
  • Perikli Moħbija fit-Tfittxija għas-Sbuħija
    Stenbaħ!—2005
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 4 pp. 14-15

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Is-​sbuħija fiżika

Attitudni bilanċjata lejn is-​sbuħija fiżika tistaʼ tagħmel id-​differenza kollha bejn il-​ferħ u d-​dwejjaq.

Għala napprezzaw is-​sbuħija?

Moħħ il-​bniedem jinduna bis-​sbuħija u kif jagħmel dan għadu misteru. Il-​Bibbja ma tispjegax kif jiġri dan, imma turina għala aħna napprezzaw affarijiet sbieħ: Alla żejjinna bil-​kwalitajiet tiegħu. (Ġenesi 1:27; Ekkleżjasti 3:11) Ukoll, hu ħalaq il-​ġisem uman li hu tant komplikat, u tah sura u skop tal-​għaġeb. F’dan ir-​rigward, kittieb tal-​għanjiet tal-​qedem qal: “Jien se nfaħħrek [Alla] għax tal-​biżaʼ l-​mod taʼ l-​għaġeb kif jien magħmul.”—Salm 139:14.

Iżda, illum l-​attitudnijiet lejn is-​sbuħija fiżika spiss huma żbilanċjati—tendenza inkuraġġita mill-​industrija tal-​moda u l-​mezzi tax-​xandir. Skont il-​ktieb Body Image, ammont taʼ studji fil-​kulturi tal-​Punent “jindikaw li d-​dehra fiżika hija l-​unika u l-​iktar ħaġa importanti fid-​dehra ġenerali taʼ kif persuna tħares lejha nfisha.” Madankollu, ħarsa daqshekk limitata tistaʼ tfisser li xi ħaġa iktar importanti tkun qed tiġi injorata—il-​qalb tal-​persuna.—1 Samwel 16:7.

Żagħżugħa tħares lejn rivista tal-moda

Ħafna kulturi jpoġġu enfasi żejda fuq id-dehra tal-ġisem u s-sesswalità

Minbarra l-​attenzjoni li qed tingħata lill-​ġisem, qed tiżdied enfasi żejda fuq is-​sesswalità, speċjalment dik tan-​nisa. Rapport tal-​American Psychological Association (APA) li sar fl-​2007 jgħid li: “Kważi kull tip taʼ midja li ġiet studjata tipprovdi biżżejjed evidenza li n-​nisa jintgħażlu għal fuq il-​midja skont kemm ikunu attraenti sesswalment.” Il-​Bibbja tinkuraġġina bis-​sħiħ biex nevitaw li niġu influwenzati minn tendenzi bħal dawn—u għandha raġun!​—Kolossin 3:5, 6.

“Tħallux it-​tiżjin tagħkom ikun dak minn barra . . . , imma ħa jkun dak tal-​persuna minn ġewwa, fil-​qalb, imżejna bi spirtu kwiet u ġwejjed li ma jitħassarx u li hu taʼ valur kbir f’għajnejn Alla.”​—1 Pietru 3:3, 4.

Għala hu għaqli li jkollok ħarsa bilanċjata?

Dwar is-​sbuħija fiżika, xi wħud jgħidu: “Jekk għandek is-​sbuħija, uriha!” F’kulturi fejn raġunar bħal dan hu komuni, tfajliet adoloxxenti u anke tfajliet iżgħar jitgħallmu jħarsu lejhom infushom “bħala oġġetti għax-​xewqat taʼ oħrajn . . . , biex iħarsu lejhom u jiġu evalwati għall-​apparenza tagħhom,” jgħid rapport tal-​APA. Din il-​ħarsa tistaʼ tkun taʼ ħsara kbira. Fil-​fatt, saret taʼ tħassib ewlieni soċjali u taʼ saħħa li, skont l-​APA, jistaʼ jwassal għal “ruxxmata taʼ konsegwenzi emozzjonali negattivi.” Dawn jistgħu jinkludu ansjetà u “saħansitra li wieħed ikun diżgustat bih innifsu . . . , problemi konnessi mal-​ikel, stima baxxa, u dipressjoni jew burdata taʼ dwejjaq.”

“Neħħi d-​dwejjaq minn qalbek, u biegħed l-​għali minn ġismek; għax iż-​żgħożija u l-​fjur tal-​ħajja huma frugħa.”—Ekkleżjasti 11:10.

Liema attitudni turi li wieħed għandu moħħ f’loku?

Il-​Bibbja tpoġġi l-​“moħħ f’loku,” jew l-​għaqal, f’keffa waħda mal-​modestja. (1 Timotju 2:9) Ikkunsidra: Nies modesti mhumiex superfiċjali jew fiergħa, ossessjonati bid-​dehra tagħhom, imma għandhom ħarsa xierqa u bilanċjata tagħhom infushom. Ukoll, huma jikkunsidraw is-​sentimenti taʼ oħrajn, u b’hekk jirbħu l-​ammirazzjoni, ir-​rispett, u fuq kollox, l-​approvazzjoni t’Alla. (Mikea 6:8) Iktar minn hekk, hemm iżjed ċans li jkollhom ħbieb veri u jattiraw lil dak li jistaʼ jkun is-​sieħeb jew is-​sieħba fiż-​żwieġ, li ma jkunx interessat f’intimità fiżika biss imma wkoll f’għaqda dejjiema u ferħana.

Mela, għal ħafna raġunijiet tajbin, il-​Bibbja tħeġġiġna niffokaw fuq “il-​persuna minn ġewwa, fil-​qalb.” (1 Pietru 3:3, 4) Sbuħija ġewwinija ma tinbidel qatt. Fil-​fatt, tistaʼ tmur għall-​aħjar maż-​żmien! “Ix-​xagħar griż hu kuruna taʼ sbuħija meta jkun fit-​triq tas-​sewwa,” jgħid Proverbji 16:31. B’hekk, kemm jekk żgħar jew kbar, nies li jagħtu kas il-​parir superjuri tal-​Bibbja se jsibu s-​sigriet mhux biss għas-​sbuħija li ddum imma wkoll għad-​dinjità u l-​kuntentizza.

“Il-​ġmiel jistaʼ jkun falz, u s-​sbuħija tistaʼ tkun fiergħa; imma l-​mara li tibżaʼ minn Ġeħova hi dik li tirbaħ it-​tifħir.”​—Proverbji 31:30.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja