LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 6 pp. 4-6
  • Ipproteġi lilek innifsek mill-​mard

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ipproteġi lilek innifsek mill-​mard
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • 1 L-ILMA
  • 2 L-​IKEL
  • 3 L-​INSETTI
  • 4 L-​ANNIMALI
  • 5 IN-​NIES
  • Ir-4 Suġġeriment—Ipproteġi Saħħtek
    Stenbaħ!—2011
  • Sitt Modi Kif Tipproteġi Saħħtek
    Stenbaħ!—1997
  • Introduzzjoni
    Stenbaħ!—2016
  • Il-​mard—Kif tistaʼ tnaqqas ir-riskju?
    Stenbaħ!—2016
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 6 pp. 4-6

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-MARD—KIF TISTAʼ TNAQQAS IR-RISKJU?

Ipproteġi lilek innifsek mill-​mard

ĦAFNA bliet tal-​qedem kienu protetti minn swar enormi. Li kieku għadu kellu jniffed parti żgħira mis-​sur, is-​sigurtà tal-​belt kollha kienet tkun f’riskju. Ġismek hu bħal belt imdawra b’sur. Kif tipproteġi lilek innifsek għandu ħafna x’jaqsam maʼ kemm int f’saħħtek. Ikkunsidra ħames affarijiet li jistgħu jagħmluk vulnerabbli għall-​mard u kif tistaʼ tiddefendi lilek innifsek bl-​aħjar mod.

Mara u bintha mexjin f’suq

1 L-ILMA

IL-​PERIKLU: Organiżmi li jagħmlu l-​ħsara, bħal xi batterji, jistgħu jibqgħu deħlin f’ġismek permezz taʼ ilma ikkontaminat.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: L-​aqwa mod kif tistaʼ tiddefendi lilek innifsek hu billi tipproteġi l-​ilma li tuża milli jiġi ikkontaminat. Jekk tkun taf li l-​ilma tiegħek hu ikkontaminat jew għandek dubju dwar dan, tistaʼ tnaddaf l-​ilma f’darek stess biex tkun ċert li hu tajjeb.a Żomm ilma tajjeb għax-​xorb f’kontenitur magħluq, u ħu minnu b’mod iġjeniku permezz taʼ kuċċarun nadif jew vit. Qatt iddaħħal idejk minn fejn tieħu l-​ilma nadif. Jekk possibbli, ipprova għix f’komunità fejn il-​ħmieġ tal-​bniedem jiġi mormi b’mod xieraq ħalli ma tikkontaminax is-​sors tal-​ilma lokali.

2 L-​IKEL

IL-​PERIKLU: L-​organiżmi li jagħmlu l-​ħsara jistgħu jkunu fl-​ikel jew fuqu.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Ikel ikkontaminat jistaʼ jidher frisk u sustanzjuż. Allura ħudha drawwa li taħsel sew il-​frott u l-​ħaxix kollu. Kun ċert li l-​affarijiet li tuża biex issajjar, fejn tipprepara l-​ikel, u jdejk ikunu nodfa waqt li tipprepara jew isservi l-​ikel. Xi ikel għandu bżonn li jissajjar f’ċerta temperatura sabiex jinqerdu mikrobi perikolużi. Oqgħod attent minn ikel li jkun tilef il-​kulur jew li jkollu riħa jew togħma mhux pjaċevoli—sinjal ċar li jkun hemm ruxxmata taʼ mikro-​organiżmi fl-​ikel. Poġġi l-​ikel li jifdal mill-​ewwel fil-​friġġ. Evita li tipprepara ikel għal ħaddieħor meta tkun marid.b

3 L-​INSETTI

IL-​PERIKLU: Xi insetti jistgħu jinfettawk bil-​mikro-​organiżmi li jgħixu ġo fihom.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Evita l-​insetti li jkollhom il-​mard billi tibqaʼ d-​dar meta jkunu attivi jew billi tilbes ilbies li jipproteġi, bħal kmiem twal u qliezet twal. Orqod taħt xbieki li jkollhom trattament kontra l-​insetti u fuqek uża prodott li jkeċċi l-​insetti. Neħħi reċipjenti li jkollhom ilma qiegħed fejn in-​nemus jistaʼ jbid.c

4 L-​ANNIMALI

IL-​PERIKLU: Mikrobi li ma jagħmlux ħsara l-​annimali jistgħu jpoġġu f’periklu s-​saħħa tiegħek. Jekk jigdmek jew jigirfek pet jew annimal ieħor jew tkun viċin ħafna tal-​ħmieġ tagħhom, jistaʼ jkun li tkun qed tirriskja saħħtek.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Xi nies jagħżlu li jżommu l-​annimali tagħhom barra mid-​dar biex jevitaw li jkunu ħdejhom iżżejjed. Aħsel idejk wara li tmiss annimal domestiku, u evita li tmiss annimali salvaġġi. Jekk tingidem jew tingiref minn annimal, aħsel il-​ferita sew u kellem tabib.d

5 IN-​NIES

IL-​PERIKLU: Xi mikrobi jistgħu jinvadu lil ġismek minħabba xi ħadd li jisgħol jew jagħtas. Jistgħu jinfirxu wkoll meta tgħannaq jew tieħu b’idejn xi ħadd. Mikro-​organiżmi minn nies oħra jistgħu jinħbew fuq affarijiet bħal xi ħabbata, poġġaman, remote control, jew skrin u keyboard tal-​kompjuter.

X’TISTAʼ TAGĦMEL: Affarijiet personali bħal xfafar tal-​leħja, toothbrushes, jew xugamani użahom int biss. Evita li tmiss likwidi li joħorġu mill-​annimali jew min-​nies, inkluż id-​demm u affarijiet bi traċċi tad-​demm. Ħu bis-​serjetà l-​benefiċċju li jiġi milli taħsel idejk sew u b’mod frekwenti. Għandu mnejn hu l-​aktar mod effettiv biex twaqqaf l-​infezzjoni milli tinfirex.

Jekk ikun possibbli, ibqaʼ d-​dar meta tkun marid. Iċ-​Ċentri tal-​Istati Uniti għall-​Kontroll u l-​Prevenzjoni tal-​Mard jirrikkmandaw li tisgħol jew tagħtas f’tissue jew f’komma, imma mhux f’idejk.

Proverbju tal-​qedem jgħid: “Min hu prudenti jara l-​gwaj u jinħeba.” (Proverbji 22:3) Kemm hu minnu dan il-​kliem illum li qed ngħixu f’dinja mimlija b’mard li jistaʼ jkun perikoluż! Allura informa ruħek billi tikkonsulta mas-​servizzi tas-​saħħa lokali, u pproteġi ruħek mill-​periklu billi tapplika proċeduri sanitarji. Saħħaħ lilek innifsek, u b’hekk tnaqqas ir-​riskju taʼ li timrad!

a L-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa tirrikkmanda diversi metodi biex il-​kwalità tal-​ilma fid-​dar tkun aħjar. Pereżempju tistaʼ titfagħlu l-​klorin, tiddiżinfettah bix-​xemx, tiffiltrah, u tgħallih.

b Għal iktar informazzjoni, ara l-​ħarġa taʼ Stenbaħ! bl-​Ingliż taʼ Ġunju 2012 paġni 3-​9.

c Għal modi speċifiċi kontra l-​malarja, ara l-​ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Lulju 2015 paġni 14-​15.

d Jekk tiġi ferut minn ħlejjaq velenużi, normalment ikollok bżonn attenzjoni medika b’mod urġenti.

Kif tnaqqas ir-​riskju matul epidemija

Mara taħsel idejha

Fis-​sena 2014, il-​virus tal-​Ebola nfirex b’ħeffa liema bħalha mal-​Afrika tal-​Punent. Din l-​aħbar spiċċat fuq l-​aħbarijiet taʼ madwar id-​dinja. L-​uffiċċji tax-​Xhieda taʼ Ġeħova f’dak ir-​reġjun bdew kampanja t’informazzjoni li għenet lil ħafna fil-​komunità biex inaqqsu r-​riskju taʼ li jiġu infettati. Ir-​rappreżentanti tax-​Xhieda taʼ Ġeħova spjegaw kif ittrattaw mas-​sitwazzjoni.

  • Preżentazzjoni

    Kif għentu lin-​nies jifhmu l-​periklu li kienu qed jiffaċċjaw?

    Aħna pprovajna nneħħu l-​biżaʼ u l-​konfużjoni billi għamilna preżentazzjonijiet speċjali f’postijiet pubbliċi. F’dawn il-​preżentazzjonijiet, spjegajna kif jinfirex il-​virus u wissejna kontra drawwiet perikolużi.

  • Xi ħadd jaħsel idejh

    Liema passi prattiċi ħadu x-​Xhieda taʼ Ġeħova?

    Użajna termometri partikulari biex niċċekkjaw it-​temperatura taʼ dawk li kienu jattendu għal-​laqgħat fil-​postijiet tal-​qima tagħna. Ilkoll ipprovaw ma jmissux lil xulxin bla bżonn, bħal li jieħdu b’idejn xulxin jew jitgħannqu, u kienu jaħslu jdejhom spiss matul il-​ġurnata. F’postijiet addattati, fejn kien ikun hemm ħafna nies, kien sar arranġament biex ikunu jistgħu jaħslu jdejhom b’ilma bil-​bliċ.

  • Telefown ġo dar

    Kif kien possibbli li tibqgħu tagħmlu b’mod regulari l-​laqgħat pubbliċi u x-​xogħol tat-​tagħlim tal-​Bibbja?

    Il-​gvern impona kwarantina f’ċerti postijiet, allura l-​laqgħat pubbliċi kienu kkanċellati għal xi żmien. F’dawn iż-​żoni, il-​familji kienu jagħmlu l-​laqgħa fid-​dar. Xi wħud kienu jikkonduċu studji tal-​Bibbja bit-​telefown biex inaqqsu l-​kuntatt fiżiku.

  • Kalendarju

    X’kien jiġri meta xi ħadd ikollu s-​sintomi?

    Kienu jiġu avżati l-​awtoritajiet. Kull individwu li kien ikun f’kuntatt maʼ vittma tal-​Ebola, attenda funeral taʼ vittma, jew wera s-​sintomi kien ikun fi kwarantina għal 21 jum. Dan kien l-​itwal perijodu taʼ kwarantina aċċettat minn ħafna għall-​virus tal-​Ebola.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja