LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 2 p. 3
  • Affaxxinati bis-​sopranaturali!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Affaxxinati bis-​sopranaturali!
  • Stenbaħ!—2017
  • Materjal Simili
  • Introduzzjoni
    Stenbaħ!—2017
  • Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Werrej
    Stenbaħ!—2017
  • X’tgħallem il-​Bibbja dwar l-​ispiritiżmu?
    Stenbaħ!—2017
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 2 p. 3
Tifel jibqaʼ mistagħġeb b’dak li jara fuq l-apparat elettroniku tiegħu

SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’HEMM WARA S-SOPRANATURALI?

Affaxxinati bis-​sopranaturali!

“L-​eżorċiżmu u nies maħkumin mid-​demonji qed jieħdu post il-​vampiri, il-​werewolves, u ż-​zombies.”—The Wall Street Journal.

NIES b’poteri maġiċi taʼ kull età, sħaħar seduċenti, u vampiri attraenti—dawn huma biss ftit mill-​karattri sopranaturali li saru komuni fl-​industriji tal-​kotba, il-​films, u l-​logħob elettroniku. X’inhu li jattira lil dak li jkun?a

“F’dawn l-​aħħar snin, in-​nies saru jemmnu ħafna aktar bl-​iħirsa u l-​fatati. Infatti, qabel kienu wieħed minn kull għaxar Amerikani u issa wieħed minn kull tlieta,” jikteb professur tas-​soċjoloġija Claude Fischer. “Għal kull anzjan Amerikan hemm żewġ żgħażagħ Amerikani li jgħidu li jemmnu bl-​iħirsa, li jemmnu li jeżistu djar fejn jidhru l-​fatati, u li kkonsultaw maʼ wħud li jaqraw ix-​xorti.”

Mhux taʼ b’xejn li stejjer dwar spirti mill-​agħar li jgħixu fin-​nies qed jerġgħu jieħdu spinta kbira. “Huwa grazzi għaż-​żieda taʼ zombies, werewolves, u vampiri li kellna f’dawn l-​aħħar snin li reġgħet qed tkun in voga li n-​nies ikunu ppussessati mid-​demonji,” jikteb Michael Calia fil-​ġurnal The Wall Street Journal.

Rapport jgħid li “bejn 25 u 50 fil-​mija tan-​nies fid-​dinja jemmnu bil-​fantażmi, u l-​fantażmi qed jispikkaw fil-​letteratura taʼ ħafna kulturi.” U stħarriġ li sar fl-​Istati Uniti mill-​professuri tas-​soċjoloġija Christopher Bader u Carson Mencken “wera li ammont xokkanti taʼ bejn 70 u 80 fil-​mija tal-​Amerikani huma konvinti li teżisti minn tal-​inqas attività waħda paranormali.”

Li ninvolvu ruħna fl-​ispiritiżmu u l-​paranormali huwa sempliċiment divertiment li ma jagħmilx ħsara?

a Sopranaturali: Xi ħaġa li “ma tistax tiġi spjegata mix-​xjenza jew mil-​liġijiet tan-​natura.”—Merriam-​Webster’s Learner’s Dictionary.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja