LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g20 Nru. 3 pp. 12-13
  • Uri l-Imħabba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri l-Imħabba
  • Stenbaħ!—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Problema
  • Prinċipju mill-​Bibbja
  • Dak li Tistaʼ Tagħmel
  • Nies li Għelbu l-Preġudizzju
    Stenbaħ!—2020
  • Il-Preġudizzju—Ġejt Infettat?
    Stenbaħ!—2020
  • Ridt niġġieled l-inġustizzja
    Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
  • Jalla nkunu lkoll ħaġa waħda bħalma huma Ġeħova u Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2020
g20 Nru. 3 pp. 12-13
Mara Indjana tgħin lil mara anzjana mill-Ewropa biex titla’ t-taraġ u ġġorrilha x-xirja.

Uri l-Imħabba

Il-​Problema

Is-​sentimenti tal-​preġudizzju ma jitilqux malajr. Bħalma jieħu ż-​żmien u l-​isforz biex teħles minn xi virus, hekk ukoll jieħu ż-​żmien u l-​isforz biex teħles mill-​preġudizzju. X’tistaʼ tagħmel biex tneħħi l-​preġudizzju minn ġo fik?

Prinċipju mill-​Bibbja

Grupp ta’ stampi: 1. Raġel mill-Asja jżomm bieb miftuħ għal raġel iswed li qed iġorr it-tazzi tal-kafè. 2. L-istess raġel iswed iqassam il-kafè lil sħabu tax-xogħol, inkluż il-mara Indjana li rajna qabel.

“Ilbsu l-​imħabba, għax hi rabta perfetta li tgħaqqad.”—KOLOSSIN 3:14.

Xi jfisser? In-​nies jersqu eqreb taʼ xulxin meta jkunu qalbhom tajba. Iktar ma turi mħabba lejn oħrajn, inqas se turi preġudizzju. Meta titgħallem tħobb in-​nies iktar, dan se jgħinek tegħleb sentimenti negattivi lejhom.

Dak li Tistaʼ Tagħmel

Grupp ta’ stampi: 1. Mara Indjana tgħin lil mara anzjana mill-Ewropa biex titla’ t-taraġ u ġġorrilha x-xirja. 2. Il-mara anzjana mill-Ewropa tagħti xi cookies lill-ġar tagħha, ir-raġel mill-Asja li rajna qabel.

Aħseb f’xi modi speċifiċi li bihom tistaʼ turi l-​imħabba lejn nies li huma minn grupp li qabel ma kienx jogħġbok. M’hemmx għalfejn tagħmel xi ħaġa kbira. Ipprova agħmel waħda jew iżjed minn dawn li ġejjin:

Ma’ kull naqra mħabba li turi, int se titbiegħed iktar mill-​preġudizzju

  • Uża manjieri tajbin maʼ membri taʼ dak il-​grupp billi tiftħilhom il-​bieb jew iċċedilhom postok meta tuża t-​trasport pubbliku.

  • Ipprova għidilhom xi ħaġa żgħira, anki jekk ma jafux jitkellmu ħafna bil-​lingwa tiegħek.

  • Kun paċenzjuż meta jagħmlu xi ħaġa li ma tifhimhiex.

  • Uri li tħoss għalihom jekk jitkellmu dwar il-​problemi tagħhom.

Eżempju li Ġara: Nazaré (Il-​Guinea-Bissau)

“Darba kont nuri l-​preġudizzju lejn l-​immigranti. Kienu jgħiduli li ħafna immigranti kienu jigdbu lill-​gvern biex jieħdu benefiċċji soċjali u li ħafna minnhom kienu kriminali. Dan għamilhieli diffiċli biex naċċettahom. Però, ma kontx inħossni preġudikata lejhom, peress li l-​biċċa l-​kbira tan-​nies hekk kienu jqisuhom lill-​immigranti.

“Madankollu, maż-​żmien irrealizzajt li kont qiegħda nuri preġudizzju lejn l-​immigranti. L-​għerf prattiku tal-​Bibbja għenni nħobbhom iżjed. Issa ma nevitahomx. Għall-​kuntrarju, insellmilhom u nitkellem magħhom. Nipprova nsir naf lil kull wieħed minnhom b’mod persunali. Issa nħares lejhom b’mod pożittiv, u nħossni komdu ħafna magħhom.”

“Ridt niġġieled l-​inġustizzja”

Rafika Morris.

Rafika kienet ngħaqdet maʼ grupp involut fil-​politika biex tiġġieled kontra l-​inġustizzja razzjali. Iżda meta marret konvenzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, hi fl-​aħħar sabet l-​unità li kienet qiegħda tfittex.

Ara l-​vidjow Rafika Morris: Ridt Niġġieled l-​Inġustizzja. Fittex it-​titlu tal-​vidjow f’jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja