LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g21 Nru. 2 pp. 4-6
  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek u l-Ħbieb Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek u l-Ħbieb Tiegħek?
  • Stenbaħ!—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Werrej
    Stenbaħ!—2021
  • F’Din il-Ħarġa
    Stenbaħ!—2021
  • Jien Dipendenti Żżejjed mit-Teknoloġija?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Agħżel Ħbieb Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2021
g21 Nru. 2 pp. 4-6
Ħbieb minn pajjiżi differenti jitkellmu b’video call.

It-​Teknoloġija Kif Teffettwa Lilek u l-​Ħbieb Tiegħek?

Aħna nistgħu nitkellmu flimkien b’mod faċli, anki meta noqogħdu f’pajjiżi differenti. Dan grazzi għall-​messaġġi, emails, video calls, u social media. Meta nagħmlu hekk, inkunu qed nużaw it-​teknoloġija b’mod tajjeb.

Imma ħafna nies jitkellmu mal-​ħbieb tagħhom bit-​teknoloġija biss. Dawn jistaʼ jkollhom problemi bħal . . .

  • ma jagħtux kas kif iħossuhom il-​ħbieb tagħhom.

  • iħossuhom iżjed weħidhom.

  • jaħsbu dwarhom infushom biss.

X’GĦANDEK TKUN TAF

Żagħżugħa qiegħda fuq is-social media tard billejl. Ir-ritratt li qed tara rawh 723,000 darba.

TIFHEM LILL-​OĦRAJN

Biex inkunu nistgħu nifhmu kif qed iħossu ħaddieħor, irridu nieħdu l-​ħin biex naħsbu dwaru. Dan ikun diffiċli meta jkun moħħna fis-​social media u biex naqraw u nibagħtu ħafna messaġġi.

Jekk tirċievi ħafna messaġġi se jkun diffiċli biex twieġeb lill-​ħbieb tiegħek. Forsi tħoss li aħjar twieġeb il-​messaġġi kollha taʼ malajr, anki jekk mhux importanti. Imma mbagħad ma tindunax li xi ħadd mill-​ħbieb tiegħek għandu bżonn l-​għajnuna.

AĦSEB DWAR DAN: Kif nistaʼ nuri lill-​ħbieb tiegħi li jimpurtani minnhom meta nuża t-​teknoloġija biex inkellimhom?—1 PIETRU 3:8.

TĦOSSOK WAĦDEK

Wara studju, xi xjentisti sabu li ħafna nies iħossuhom agħar wara li jagħmlu ħafna ħin fuq is-​social media. Ix-​xjentisti qalu li ħafna jħossuhom li ħlew il-​ħin meta joqogħdu jaraw ritratti taʼ x’qed jagħmlu oħrajn.

Iżjed minn hekk, meta n-​nies jaraw ir-​ritratti sbieħ li oħrajn jitfgħu fuq is-​social media, kultant iħossuhom li ħajjithom mhix interessanti bħal tal-​oħrajn. Dan għax fuq is-​social media n-​nies jidhru li qed jieħdu pjaċir, waqt li int forsi tħoss li m’int tagħmel xejn eċitanti.

AĦSEB DWAR DAN: Meta nuża s-​social media, x’nistaʼ nagħmel biex ma nqabbilx lili nnifsi m’oħrajn?—GALATIN 6:4.

TAĦSEB DWAREK BISS

Għalliema kitbet li ħafna mill-​istudenti kienu egoisti u riedu jkunu ħbieb maʼ dawk li jaqblilhom biss.a Nies bħal dawn jaħsbu biss fuq x’inhu l-​aħjar għalihom. Persuna tistaʼ tħares lejn il-​ħbieb bħal mowbajl, li tużahom meta jkollha bżonn, u meta ma jkollhiex bżonn tinjorahom.

AĦSEB DWAR DAN: Dak li nitfaʼ fuq is-​social media juri li jien kompetittiv jew li niffoka fuqi nnifsi?—GALATIN 5:26.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

ARA KIF QED TUŻA T-​TEKNOLOĠIJA

Meta int tikkontrolla kif tuża t-​teknoloġija, se jgħinek biex titkellem mal-​ħbieb u ssaħħaħ il-​ħbiberija tiegħek magħhom.

PARIR TAL-​BIBBJA: “L-​imħabba . . . ma tfittixx l-​interessi tagħha.”—1 KORINTIN 13:4, 5.

Agħżel liema minn dawn tixtieq tagħmel, jew ikteb xi ideat oħra.

  • Ipprova tkellem m’iżjed nies minflok tibgħat messaġġi jew emails

  • Meta tkun qed titkellem m’oħrajn, tużax il-​mowbajl jew agħmlu silent

  • Naqqas il-​ħin li tagħmel fuq is-​social media

  • Tgħallem kif tismaʼ lill-​oħrajn aħjar

  • Tkellem maʼ ħabib li għaddej minn żmien diffiċli

a Fil-​ktieb Reclaiming Conversation.

SAQSI LILEK INNIFSEK . . .

  • Għandi ħbieb li jimpurtani minnhom u huma minni?

  • Meta nkun qed nitkellem maʼ ħabib, kemm-​il darba jkolli nieqaf biex inwieġeb telefonata jew messaġġ?

  • Ir-​ritratti u l-​kummenti li nitfaʼ fuq is-​social media juru li jimpurtani minni biss?

  • Kif inħossni wara li nagħmel ħafna ħin fuq is-​social media?

  • X’nistaʼ nagħmel biex innaqqas il-​ħin mit-​teknoloġija ħalli nkun nistaʼ nagħmel ħbieb tajbin?

    PARIR TAL-​BIBBJA: “Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—FILIPPIN 2:4.

Emily.

“Biex ikollok il-​ħbieb għandek bżonn il-​ħin u l-​enerġija, allura impossibbli li tkun ħbieb maʼ ħafna nies. L-​iżjed ħaġa importanti hi l-​kwalità taʼ ħbieb, mhux il-​kwantità. Ħbieb veri jaraw x’inhu l-​aħjar għalik, u int tara x’inhu l-​aħjar għalihom.”—EMILY

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja