KIF TKAMPA MAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA
Oqgħod Attent Kif Tonfoq il-Flus
Meta l-affarijiet jogħlew ikun diffiċli għal kulħadd. Imma m’għandekx għalfejn tħossok bla tama, għax hemm xi affarijiet li tistaʼ tagħmel biex ittejjeb is-sitwazzjoni tiegħek.
GĦALA HU IMPORTANTI
Jekk ma toqgħodx attent kif tonfoq il-flus, jaf ikollok iktar problemi finanzjarji u dan se jżidlek l-anzjetà. Imma hemm xi affarijiet li tistaʼ tagħmel biex jgħinuk tqassam il-flus aħjar, anki jekk ma tantx għandek.
X’TISTAʼ TAGĦMEL
Tixtrix affarijiet li ma taffordjax. Jekk tagħmel hekk, ħa tħossok iktar kalm u preparat jekk jinqalgħu xi spejjeż li ma kontx qed tistenna.
Meta tagħmel budget, se jgħinek biex ma tonfoqx iktar milli taffordja. Wara li tikteb kemm taqlaʼ u l-ispejjeż li għandek, agħmel ċert li tonfoq il-flus fuq dak li vera għandek bżonn. Imbagħad kun ċert li żżomm mal-budget li tkun għamilt, u kun lest li taddatta jekk jinbidlu l-prezzijiet jew il-paga. Ovvjament, jekk int miżżewweġ, ħu d-deċiżjonijiet mal-mara tiegħek.
Ipprova dan: Meta tistaʼ prova ħallas bil-cash flok bil-kard. Xi wħud sabu li meta jagħmlu hekk, iżjed iżommu mal-budget u ma jidħlux f’dejn. Ukoll, kull xahar ħu l-ħin biex tirrivedi l-istatement tal-bank ħa tkun taf kemm infaqt u kemm tfajt flus. Meta tkun taf eżatt kemm għandek flus, se jkun iżjed faċli biex tkun taf x’taffordja.
Jistaʼ jkun diffiċli biex ma tonfoqx iżżejjed. Imma meta jkollok budget se jgħinek. U jaf jgħinek ukoll biex tinkwieta inqas dwar il-flus.
Irsisti biex iżżomm ix-xogħol li għandek. X’inhuma xi affarijiet li tistaʼ tagħmel biex iżżomm ix-xogħol tiegħek? Pereżempju: Asal ix-xogħol fil-ħin. Żomm attitudni pożittiva lejn ix-xogħol tiegħek. Ħu l-inizjattiva, aħdem iebes, u uri rispett. Żomm mar-regoli tax-xogħol, u prova tejjeb l-abbiltajiet tiegħek.
Evita milli tonfoq flus fuq affarijiet li m’għandekx bżonn. Staqsi lilek innifsek, ‘Jiena spiss nonfoq ħafna flus fuq affarijiet li m’għandix bżonn jew fuq affarijiet li mhumiex tajbin għalija?’ Pereżempju, ħafna nies jaħlu l-flus tagħhom fuq id-drogi, logħob tal-flus, sigaretti, u alkoħol. Meta tagħmel dawn l-affarijiet, is-saħħa tiegħek se tbati u anki tistaʼ titlef ix-xogħol tiegħek.
Warrab il-flus għal emerġenza. Meta tkun tistaʼ, warrab ammont żgħir taʼ flus għal affarijiet li jistgħu jinqalgħu jew għal emerġenza. Dawn il-flus jistgħu jgħinuk biex tkun moħħok mistrieħ jekk int jew xi ħadd tal-familja jimrad, jitlef ix-xogħol, jew tinqalaʼ xi ħaġa oħra li ma kontx qed tistenna.