LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g25 Nru. 1 pp. 10-11
  • Kun Kuntent

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Kuntent
  • Stenbaħ!—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI
  • X’TISTAʼ TAGĦMEL
  • “Tgħallimt is-Sigriet” taʼ Kif Tkun Kuntent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Huwa Possibbli li Tkun Kuntent?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Kif Tistaʼ Tkampa f’Soċjetà taʼ “Uża u Armi”
    Stenbaħ!—2002
  • Problemi Finanzjarji u Dejn—Tistaʼ Tgħin il-Bibbja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2025
g25 Nru. 1 pp. 10-11
Grupp taʼ stampi: 1. Missier qed jitbissem waqt li se jitlaq minn sit taʼ kostruzzjoni taʼ fejn jaħdem. 2. Iktar tard, hu jilgħab maż-żewġt itfal tiegħu u l-kelb quddiem id-dar waqt li l-mara qed tieħu pjaċir tarahom.

KIF TKAMPA MAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA

Kun Kuntent

Nies li huma kuntenti b’dak li għandhom huma sodisfatti bil-ħajja tagħhom. U meta ċ-ċirkustanzi jinbidlulhom, jagħmlu l-bidliet li jkollhom bżonn biex ma jonfqux iktar milli jaqilgħu.

GĦALA HU IMPORTANTI

Il-psikologa Jessica Koehler innotat li nies li huma kuntenti ġeneralment huma iktar pożittivi. Hi nnotat ukoll li jgħiru inqas għal ħaddieħor. Għalhekk, nies li jkunu kuntenti normalment ikunu iktar ferħanin u inqas stressati. Infatti, dawk li ma tantx għandhom affarijiet jew flus huma fost l-iktar nies ferħanin. Dan hu minnu speċjalment għal dawk li jqisu l-affarijiet li ma tistax tixtrihom bil-flus bħala importanti ħafna, bħall-ferħ li jkollhom meta jqattgħu l-ħin mal-familja u l-ħbieb.

“Jekk ikollna x’nieklu u x’nilbsu, se nkunu kuntenti.”—1 Timotju 6:8.

X’TISTAʼ TAGĦMEL

Tqabbilx dak li għandek maʼ dak li għandu ħaddieħor. Jekk tqabbel il-ħajja sempliċi tiegħek mal-ħajja lussuża taʼ ħaddieħor, tistaʼ ma tibqax ferħan, u anki tibda tgħir. Apparti minn hekk, dak li jidher jaf ma jkunx il-verità kollha. Xi wħud li jkollhom ħafna affarijiet li jiswew il-flus, fil-verità jaf ikollhom ħafna dejn. Nicole, li tgħix is-Senegal, tgħid: “M’għandix bżonn ħafna affarijiet biex inkun ferħana. Jekk inkun kuntenta, nistaʼ nkun ferħana anki jekk ħaddieħor ikollu iktar minni.”

Ipprova dan: Evita reklami jew posts fuq is-social media li juru kemm xi nies huma sinjuri u għandhom affarijiet lussużi.

“Anki meta xi ħadd ikollu ħafna, ħajtu ma tiddependix mill-affarijiet li għandu.”—Luqa 12:15.


Kun grat. Ġeneralment nies grati huma iktar kuntenti u ħafna drabi ma jħossux li għandhom bżonn jew jistħoqqilhom iktar. Roberton, mill-Haiti, jgħid: “Jien nieħu l-ħin biex naħseb dwar kemm oħrajn kienu qalbhom tajba miegħi u mal-familja. Imbagħad, ngħidilhom kemm apprezzajt dak li għamlu magħna. Jien ukoll ngħallem lit-tifel tiegħi taʼ tmien snin biex jgħid grazzi għal kull ħaġa li jirċievi.”

Ipprova dan: Kuljum ikteb xi ħaġa li int grat għaliha bħal saħħa tajba, familja magħquda, ħbieb veri, jew xi nżul ix-xemx sabiħ.

“Min hu ferħan f’qalbu jkun ferħan kuljum.”—Proverbji 15:15.

Kollha kemm aħna xi kultant insibuha diffiċli biex inkunu kuntenti b’dak li għandna. Imma l-isforz li nagħmlu huwa worth it! Jekk inkunu kuntenti, se nkunu ferħanin ukoll—xi ħaġa li ma tistax tixtriha bil-flus.

Erik.

“Il-familja tagħna tgħallmet tkun kuntenta, u dan kien t’għajnuna kbira għalina. Minħabba f’hekk, għandna inqas x’nagħmlu, għandna iktar ħin għal xulxin, u ngawdu l-affarijiet li għandna.”—Erik, l-Istati Uniti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja