LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g25 Nru. 1 pp. 12-13
  • Kun Ġeneruż

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Ġeneruż
  • Stenbaħ!—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI
  • X’TISTAʼ TAGĦMEL
  • Nies ġenerużi huma nies ferħanin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Għala għandi ngħin lil oħrajn?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Apprezza l-Ġenerożità u r-Raġunevolezza ta’ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Gawdi l-​benefiċċji taʼ li tkun ġeneruż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2025
g25 Nru. 1 pp. 12-13
Familja tieħu pjaċir tiekol madwar mejda barra d-dar, u hemm mistieden magħhom.

KIF TKAMPA MAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA

Kun Ġeneruż

Jekk qed issibha diffiċli biex tkampa mal-għoli tal-ħajja, forsi taħseb li ma tistax tkun ġeneruż. Imma fil-verità meta tkun ġeneruż jistaʼ jgħinek biex tkampa. Jistaʼ jirnexxilek iġġemmaʼ l-flus waqt li tkun ġeneruż ukoll.

GĦALA HU IMPORTANTI

Meta nkunu ġenerużi—anki jekk nagħtu xi ħaġa żgħira—inħossuna ferħanin u tajbin dwarna nfusna. Xi tobba jgħidu li meta nagħtu jkun tajjeb għal saħħitna. Pereżempju, jistaʼ jnaqqas l-ansjetà, l-istress, il-pressjoni għolja, u anki l-uġigħ fiżiku. Tistaʼ wkoll torqod aħjar.

“Se tkunu iktar ferħanin meta tagħtu milli meta tirċievu.”—Atti 20:35.

Meta ngħinu lill-oħrajn, billi ntuhom il-flus jew xi ħaġa oħra li jkollhom bżonn, se jkun iktar faċli għalina biex naċċettaw l-għajnuna meta jkollna bżonnha. Howard, li jgħix l-Ingilterra, jgħid: “Peress li jien u marti naraw kif nistgħu nkunu ġenerużi u ngħinu lill-oħrajn, ma niddejqux daqshekk meta jkollna bżonn l-għajnuna mingħand ħaddieħor.” Ovvjament, nies li huma verament ġenerużi ma jagħtux għax jistennew xi ħaġa lura. Imma jistaʼ jkollhom ħbieb veri li jgħinuhom minn qalbhom meta jkollhom bżonn.

“Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom.”—Luqa 6:38.

X’TISTAʼ TAGĦMEL

Aqsam dak li għandek m’oħrajn. Jekk għandek veru ftit, xorta tistaʼ tagħti lill-oħrajn, anki jekk tagħmel ikla sempliċi. Duncan u l-familja tiegħu, li jgħixu l-Uganda, huma foqra, imma jieħdu pjaċir jagħtu lill-oħrajn. Duncan jgħid: “Nhar taʼ Ħadd, jien u l-mara tiegħi nistiednu lil xi ħadd id-dar għal ikla sempliċi. Nieħdu pjaċir inqattgħu l-ħin m’oħrajn.”

Ovvjament, meta tagħti lill-oħrajn, trid tkun raġonevoli. Ma tridx li l-familja tiegħek tispiċċa ma jkollhiex l-affarijiet bżonjużi.—Ġob 17:5.

Ipprova dan: Stieden lil xi ħadd għal ikla sempliċi jew għal belgħa te. Jekk għandek xi affarijiet li m’għadekx tużahom, għala ma tagħtihomx lil xi ħbieb jew lil xi nies li taf li jistgħu jużawhom u jieħdu pjaċir bihom?


Agħti b’modi oħra. Xi kultant l-isbaħ rigali ma jiswewx flus. Pereżempju, nistgħu nagħtu mill-ħin tagħna u nuru li jimpurtana minn oħrajn billi ngħinuhom f’affarijiet prattiċi. Anki jekk titkellem b’qalb tajba jistaʼ jkun rigal! Allura għid lill-oħrajn kemm tapprezzahom u tħobbhom.

Ipprova dan: Għin lill-oħrajn f’xi xogħol jew manutenzjoni li jkollhom fid-dar, jew f’xi qadi. Ikteb kard jew ibgħat xi messaġġ lil xi ħabib, anki jekk sempliċiment tgħidlu li qed taħseb fih.

Meta tkun ġeneruż se tkun ħafna iktar ferħan.

“Tinsewx tagħmlu t-tajjeb u taqsmu dak li għandkom m’oħrajn.”—Lhud 13:16.

Koppja miżżewġa qegħdin jgħinu mara kbira fl-età tieħu ħsieb il-ġnien tagħha. Hi qed toffrilhom x’jixorbu waqt li qed jiġbru l-weraq.
Trey.

“Għalkemm l-appartament tagħna huwa żgħir, nieħdu pjaċir nistiednu lin-nies id-dar u nsajrulhom. Vera nieħdu pjaċir ngħinuhom. Xi kultant inkunu nistgħu nagħtuhom il-flus, imma ħafna drabi nagħtuhom mill-ħin tagħna. Mill-esperjenza tgħallimna li hemm iktar ferħ meta tagħti milli meta tirċievi.”—Trey, Iżrael.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja