LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 26
  • Ġob Hu Leali Lejn Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġob Hu Leali Lejn Alla
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Min kien Ġob?
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġob Onora l-Isem taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Int Involut Fi Kwistjoni Vitali
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • “Ittama f’Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 26

STORJA 26

Ġob Hu Leali Lejn Alla

JIDDISPJAĊIK għal dan ir-​raġel marid? Jismu Ġob, u l-​mara hi martu. Taf x’inhi tgħidlu lil Ġob? ‘Isħet ’l Alla u mut.’ Ejja naraw kif spiċċat qalet xi ħaġa bħal din, u għala Ġob bata daqshekk.

Ġob kien raġel leali li kien jobdi lil Ġeħova. Kien jgħix fl-​art t’Uż, mhux ’il bogħod minn Kangħan. Ġeħova kien iħobb lil Ġob ħafna, imma kien hemm xi ħadd li kien jobogħdu. Taf min?

Kien Satana x-​Xitan. Ftakar, Satana hu l-​anġlu ħażin li jobgħod lil Ġeħova. Irnexxielu jġiegħel lil Adam u Eva biex ma jobdux lil Ġeħova, u ħaseb li setaʼ jġiegħel lil kulħadd biex huma wkoll ma jobdux lil Ġeħova. Imma rnexxielu jagħmel dan? Le. Aħseb ftit dwar il-​ħafna rġiel u nisa leali li tgħallimna dwarhom. Kemm taf issemmi minnhom?

Wara li mietu Ġakobb u Ġużeppi fl-​Eġittu, Ġob kien l-​iktar persuna fuq l-​art kollha li kien leali lejn Ġeħova. Ġeħova ried juri lil Satana li hu ma setax iġiegħel lil kulħadd isir ħażin, għalhekk hu qal: ‘Ħares lejn Ġob. Ara kemm hu leali lejja.’

Satana argumenta: ‘Hu leali għax int beriktu u għandu ħafna affarijiet tajbin. Imma jekk tiħodlu dawn l-​affarijiet, hu jisħtek.’

Għalhekk Ġeħova qallu: ‘Mur. Ħudhomlu. Agħmel l-​affarijiet ħżiena kollha li trid lil Ġob. Se naraw jekk jisħitnix. Biss kun ċert li ma toqtlux.’

L-​ewwel, Satana ġiegħel li xi rġiel jisirqu l-​baqar u l-​iġmla taʼ Ġob, u n-​nagħaġ ġew maqtulin. Imbagħad, qatillu lill-​10 itfal tiegħu f’maltempata. Wara, Satana laqat lil Ġob b’din il-​marda terribbli. Ġob bata ħafna. Huwa għalhekk li mart Ġob qaltlu: ‘Isħet ’l Alla u mut.’ Imma Ġob ma kienx se jagħmel dan. Ukoll, tlett iħbieb foloz ġew u qalulu li kien għex ħajja ħażina. Iżda Ġob baqaʼ leali.

Dan għamel lil Ġeħova ferħan ħafna, u wara bierek lil Ġob, kif tistaʼ tara fl-​istampa. Huwa fejqu mill-​marda tiegħu. Ġob kellu 10 itfal mill-​isbaħ oħrajn, u kellu d-​doppju tal-​baqar, tan-​nagħaġ, u tal-​iġmla li kellu qabel.

Se tkun int dejjem leali lejn Ġeħova bħal Ġob? Jekk iva, Alla se jbierek lilek ukoll. Int tkun tistaʼ tgħix għal dejjem meta l-​art kollha ssir sabiħa daqs il-​ġnien tal-​Għeden.

Ġob 1:1-22; 2:1-13; 42:10-17.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja