LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 41
  • Is-Serp tar-Ram Aħmar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Serp tar-Ram Aħmar
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġilda tas-serp
    Stenbaħ!—2014
  • Is-siġra tal-għollieq taqbad
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • ‘Mill-Muntanji Taqta’ r-Ram Aħmar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • L-Għollieqa Taqbad
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 41

STORJA 41

Is-Serp tar-Ram Aħmar

DAK is-​serp imdawwar mal-​arblu qisu serp taʼ veru, hux? Imma mhuwiex. Is-​serp huwa tar-​ram aħmar. Ġeħova qal lil Mosè biex ipoġġi s-​serp mal-​arblu biex in-​nies ikunu jistgħu jħarsu lejh u jibqgħu ħajjin. Imma s-​sriep l-​oħrajn mal-​art huma taʼ veru. Dawn gidmu lin-​nies u marrduhom. Taf għala?

Għax l-​Iżraelin tkellmu kontra Alla u Mosè. Huma jgergru: ‘Għalfejn ħriġtna mill-​Eġittu biex immutu f’dan id-​deżert? M’hawnx ikel jew ilma hawn. U xbajna nieklu din il-​manna.’

Iżda l-​manna hija ikel tajjeb. Ġeħova tahielhom permezz taʼ miraklu. U permezz taʼ miraklu tahom l-​ilma wkoll. Imma n-​nies mhumiex grati għall-​mod kif Alla ħa ħsiebhom. Allura Ġeħova jibgħat dawn is-​sriep velenużi biex jikkastiga lill-​Iżraelin. Is-​sriep jigdmuhom, u ħafna minnhom imutu.

Fl-​aħħar in-​nies jiġu għand Mosè u jgħidu: ‘Aħna dnibna, għax tkellimna kontra Ġeħova u kontrik. Issa itlob lil Ġeħova biex ineħħi dawn is-​sriep.’

Għalhekk Mosè jitlob għan-​nies. U Ġeħova jgħid lil Mosè biex jagħmel dan is-​serp tar-​ram aħmar. Jgħidlu biex ipoġġih fuq arblu, u li kull min ingidem għandu jħares lejh. Mosè jagħmel eżatt kif jgħidlu Alla. U n-​nies li kienu ngidmu jħarsu lejn is-​serp tar-​ram aħmar u jfiqu.

Hemm tagħlima x’nitgħallmu minn dan. Aħna kollha, b’xi mod, bħal dawn l-​Iżraelin li ngidmu mis-​sriep. Aħna kollha qed immutu. Ħares madwarek, u se tara li n-​nies jixjieħu, jimirdu, u jmutu. Dan għax l-​ewwel raġel u mara, Adam u Eva, taw daharhom lil Ġeħova, u aħna kollha t-​tfal tagħhom. Iżda Ġeħova għamilha possibbli li ngħixu għal dejjem.

Ġeħova bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, fuq l-​art. Ġesù ġie mdendel fuq zokk, għax ħafna nies ħasbu li kien raġel ħażin. Imma Ġeħova ta lil Ġesù biex isalvana. Jekk aħna nħarsu lejh, jekk nimxu warajh, imbagħad jistaʼ jkollna l-​ħajja taʼ dejjem. Imma ħa nitgħallmu dwar dan iktar ’il quddiem.

Numri 21:4-9; Ġwanni 3:14, 15.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja