LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 45
  • Jaqsmu x-Xmara Ġordan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jaqsmu x-Xmara Ġordan
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġeħova għażel lil Ġożwè
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • X’inhi l-arka tal-patt?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Id-Dilluvju l-Kbir
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 45

STORJA 45

Jaqsmu x-Xmara Ġordan

ARA naqra! L-​Iżraelin qed jaqsmu x-​Xmara Ġordan! Imma fejn hu l-​ilma? Minħabba li tinżel ħafna xita f’dak iż-​żmien tas-​sena, ix-​xmara kienet mimlija sew ftit minuti qabel. Imma issa m’hemmx ilma! U l-​Iżraelin qed jaqsmu fuq art niexfa l-​istess bħalma għamlu fil-​Baħar l-​Aħmar! Fejn mar l-​ilma kollu? Ejja naraw.

Meta wasal iż-​żmien biex l-​Iżraelin jaqsmu x-​Xmara Ġordan, Ġeħova qabbad lil Ġożwè biex jgħid hekk lill-​poplu: ‘Il-​qassisin għandhom jieħdu l-​arka tal-​patt u jmorru qabilna. Meta saqajhom imissu l-​ilmijiet tax-​Xmara Ġordan, imbagħad l-​ilmijiet jieqfu.’

Għalhekk il-​qassisin jerfgħu l-​arka tal-​patt, u jġorruha quddiem il-​poplu. Meta jaslu ħdejn il-​Ġordan, il-​qassisin jinżlu fl-​ilma. L-​ilma għaddej b’saħħtu kollha u hu fond. Imma malli saqajhom imissu mal-​ilma, l-​ilma jibda jnaqqas! Huwa miraklu! Iktar ’il fuq fix-​xmara Ġeħova waqqaf l-​ilmijiet. B’hekk, malajr ma jkunx hemm iktar ilma fix-​xmara!

Il-​qassisin li qed iġorru l-​arka tal-​patt joħorġu sa nofs ix-​xmara niexfa. Qed tarahom fl-​istampa? Waqt li joqogħdu weqfin hemm, l-​Iżraelin kollha jaqsmu fuq art niexfa min-​naħa għall-​oħra tax-​Xmara Ġordan!

Meta kulħadd ikun qasam, Ġeħova jqabbad lil Ġożwè biex jgħid lil 12-​il raġel b’saħħtu: ‘Morru fix-​xmara fejn hemm il-​qassisin bl-​arka tal-​patt. Iġbru 12-​il ġebla, u agħmluhom f’gozz fil-​post fejn se tkunu kollha l-​lejla. Imbagħad, fil-​futur, meta wliedkom jistaqsu xi jfissru dawn il-​ġebliet, għandkom tgħidulhom li l-​ilmijiet waqfu meta l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova qasmet il-​Ġordan. Il-​ġebel se jfakkarkom f’dan il-​miraklu!’ Ukoll, Ġożwè jwaqqaf 12-​il ġebla oħra fil-​post fejn il-​qassisin kienu qagħdu weqfin f’qiegħ ix-​xmara.

Fl-​aħħar Ġożwè jgħid lill-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt: ‘Oħorġu mill-​Ġordan.’ U malli jagħmlu hekk, ix-​xmara terġaʼ tibda għaddejja.

Ġożwè 3:1-17; 4:1-18.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja