LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 48
  • Il-Gibegħonin Għaqlin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Gibegħonin Għaqlin
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġożwè u l-Gibegħonin
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Tagħlimiet mir-Rakkont tal-Gibegħonin
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Ix-Xemx Ma Tiċċaqlaqx
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 48

STORJA 48

Il-Gibegħonin Għaqlin

ĦAFNA mill-​bliet f’Kangħan issa jlestu biex jiġġieldu kontra Iżrael. Huma jaħsbu li jistgħu jirbħu. Imma n-​nies fil-​belt taʼ Gibegħon li hi fil-​viċin ma jaħsbux hekk. Dawn jemmnu li Alla qed jgħin lill-​Iżraelin, u ma jridux jiġġieldu kontra Alla. Allura taf x’jagħmlu l-​Gibegħonin?

Jiddeċiedu li jagħmlu tabirruħhom li jgħixu xi mkien ’il bogħod ħafna. Għalhekk, ftit mill-​irġiel jilbsu ħwejjeġ imqattgħin u sandlijiet qodma. Jgħabbu l-​ħmir tagħhom bi xkejjer mherrijin, u jieħdu ftit ħobż qadim u niexef. Imbagħad imorru għand Ġożwè u jgħidu: ‘Aħna ġejna minn art ’il bogħod ħafna għax smajna dwar il-​kbir Alla tagħkom, Ġeħova. Smajna dwar l-​affarijiet kollha li għamel għalikom fl-​Eġittu. Għalhekk il-​mexxejja tagħna qalulna biex illestu xi ikel għall-​vjaġġ u niġu u ngħidulkom: “Aħna l-​qaddejja tagħkom. Wegħduna li ma tiġġildux kontrina.” Tistgħu taraw li ħwejjiġna therrew mill-​vjaġġ twil u li ħobżna nixef u qdiem.’

Ġożwè u l-​mexxejja l-​oħrajn jemmnu lill-​Gibegħonin. Għalhekk iwiegħdu li ma jiġġildux kontrihom. Imma tlett ijiem wara jsiru jafu li l-​Gibegħonin fil-​fatt jgħixu fil-​viċin.

Ġożwè jistaqsihom: ‘Għalfejn għedtulna li ġejtu minn art ’il bogħod?’

Il-​Gibegħonin iwieġbu: ‘Għamilna hekk għax qalulna li Alla tagħkom Ġeħova kien wiegħed li jagħtikom din l-​art kollha taʼ Kangħan. Għalhekk bżajna li kontu se toqtluna.’ Imma l-​Iżraelin iżommu l-​wegħda tagħhom, u ma joqtlux lill-​Gibegħonin. Minflok, jagħmluhom il-​qaddejja tagħhom.

Is-​sultan taʼ Ġerusalemm hu rrabjat għax il-​Gibegħonin għamlu l-​paċi m’Iżrael. Għalhekk jgħid lil erbaʼ slaten oħrajn: ‘Ejjew u għinuni niġġieled kontra Gibegħon.’ U hekk jagħmlu dawn il-​ħames slaten. Kienu għaqlin il-​Gibegħonin li għamlu l-​paċi m’Iżrael, peress li dan wassal biex dawn is-​slaten jiġu jiġġieldu kontrihom? Se naraw.

Ġożwè 9:1-27; 10:1-5.

Mistoqsijiet għall-Istudju

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja