Sultan tas-Sema Jġib Barkiet għall-Art
41 Jehovah jagħmel lil Ġesù Sultan fis-sema.—Isaija 9:6; Danjel 7:13, 14; Atti 2:32-36
42 Hu se jaħkem fuq l-art kollha.—Danjel 7:14; Mattew 28:18
43 Tiftakar x’se jiġrilhom lin-nies il-ħżiena?—Salm 37:9, 10; Luqa 13:5
44 Tiftakar x’jismu l-ewwel anġlu li dineb? Ġesù se jneħħi lilu u lill-anġli l-ħżiena l-oħra. L-idoli u l-immaġnijiet tagħhom se jinqerdu.—Lhud 2:14; Rivelazzjoni 20:2, 10
45 Ġesù se jagħmel ħafna affarijiet tajbin għan-nies ubbidjenti.—Lhud 5:9
46 Ħadd ma jkun marid aktar.—Isaija 33:24; Rivelazzjoni 22:1, 2
Tiftakar kif Ġesù fejjaq lill-morda?
47 Kulħadd se jkollu affarijiet tajbin.—Isaija 65:17, 21-23
48 Alla jiftakar saħansitra lin-nies li mietu. Hu se juża lil Ġesù biex iġibhom lura għall-ħajja mill-ġdid. Dan jissejjaħ l-irxoxt.—Ġwann 5:28, 29; 11:25
49 Wara li jinqatlu n-nies ħżiena kollha, ħadd m’hu se jmut aktar. Lanqas l-annimali selvaġġi m’huma se jkunu perikolużi. Kulħadd se jkun ferħan għal dejjem.—Rivelazzjoni 21:4; Isaija 65:25; Salm 37:11, 29