LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • uw kap. 17 pp. 132-138
  • “Ħa Jkollkom Imħabba Intensa Lejn Xulxin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ħa Jkollkom Imħabba Intensa Lejn Xulxin”
  • Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DAK LI TRID TAGĦMEL META JINQALGĦU L-​PROBLEMI
  • FITTXU MODI BIEX ‘TITWESSGĦU’
  • “Ħa Jkollkom Imħabba Sħiħa Lejn Xulxin”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Kif Nistgħu Nżommu l-Imħabba taʼ Bejnietna b’Saħħitha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Ibqgħu “Imxu fl-Imħabba”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Komplu Ikbru fl-Imħabba Lejn l-Aħwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
uw kap. 17 pp. 132-138

Kapitlu 17

“Ħa Jkollkom Imħabba Intensa Lejn Xulxin”

1, 2. (a) X’jimpressjona taʼ spiss lil dawk li huma ġodda fil-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Jehovah? (b) Liema evidenza oħra taʼ din il-​kwalità josservaw huma fil-​konvenzjonijiet tagħna?

META n-​nies jiġu għall-​ewwel darba għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah spiss jiġu impressjonati profondament mill-​imħabba li tintwera hemmhekk. Huma josservawha fis-​sħubija kordjali u fil-​merħba estiża lilhom personalment.

2 Fil-​konvenzjonijiet tagħna l-​viżitaturi jinnotaw ukoll li l-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li jattendu jġibu rwieħhom tajjeb ħafna. Wieħed li jirrapporta l-​aħbarijiet kiteb dwar konvenzjoni bħal din: ‘Ħadd taħt l-​influwenza tad-​drogi jew l-​alkoħol. Ebda agħjat u twerżiq. Ebda trassis. Ebda mbottar. Ħadd ma jidgħi jew jitkellem ħażin. Ebda ċajt maħmuġ jew lingwaġġ baxx. Ebda arja mimlija duħħan. Ebda serq. Ħadd ma jwaddab laned fuq il-​ħaxix. Kien tassew mhux tas-​soltu.’ Dan kollu huwa evidenza taʼ mħabba, ix-​xorta li ‘ma ġġibx ruħha b’mod indiċenti u ma tħarisx lejn l-​interessi tagħha stess.’​—1 Kor. 13:​4-8.

3. (a) Maż-​żmien, x’għandu jkun evidenti rigward li nuru l-​imħabba? (b) B’imitazzjoni taʼ Kristu, x’tip taʼ mħabba għandna bżonn nikkultivaw?

3 L-​imħabba hija kwalità li tidentifika lil kull Kristjan ġenwin. (Ġwn. 13:35) Hekk kif nikbru spiritwalment, għandna nesprimuha iktar bis-​sħiħ. L-​appostlu Pawlu talab li l-​imħabba taʼ ħutu “toktor iktar u iktar.” (Fil. 1:9; 1 Tess. 3:12) Pietru wkoll ħeġġeġ lill-​Kristjani sħabu biex iħallu l-​imħabba tagħhom tħaddan fiha “s-​sħubija kollha kemm hi taʼ l-​aħwa.” (1 Piet. 2:17) L-​imħabba tagħna għandha tqanqalna biex nagħmlu iktar milli sempliċement nattendu l-​laqgħat maʼ nies li ftit li xejn nagħmlu sforz biex insiru nafuhom personalment. Għandha tinkludi iktar milli ngħidu “kif int?” b’qalb tajba minn żmien għal żmien. L-​appostlu Ġwanni wera li għandha tkun li tissagrifika lilha nfisha. Hu kiteb: “B’dan sirna nafu l-​imħabba, għaliex [l-Iben t’Alla] ċeda ruħu għalina; u aħna qegħdin taħt obbligu li nċedu lil erwieħna għal ħutna.” (1 Ġwn. 3:16; Ġwn. 15:​12, 13) Aħna għadna m’għamilniehx dan. Imma naslu attwalment biex nagħtu ħajjitna għal ħutna? Sewwa, sa liema punt qegħdin aħna noħorġu minn triqitna biex ngħinuhom issa, saħansitra meta dan jistaʼ ma jkunx konvenjenti?

4. (a) B’liema mod ieħor nistgħu nsibu li nistgħu nesprimu l-​imħabba iktar bis-​sħiħ? (b) Għala huwa vitali li jkollna mħabba intensa lejn xulxin?

4 Flimkien m’għemejjel li jirriflettu spirtu taʼ li wieħed jissagrifika lilu nnifsu, huwa importanti wkoll li jkollna sentiment ġenwinament kordjali lejn ħutna. Il-​Kelma t’Alla tħeġġiġna: “Fl-​imħabba bejn l-​aħwa ħalli jkollkom affezzjoni tenera lejn xulxin.” (Rum. 12:10) Ilkoll kemm aħna nħossuna hekk dwar xi persuni. Nistgħu aħna ninkludu iktar uħud fil-​grupp li għalih nuru ġibda bħal din? Hekk kif joqrob it-​tmiem tas-​sistema l-​qadima, huwa vitali għalina li ninġibdu dejjem eqreb lejn ħutna l-​Kristjani. Il-​Bibbja tiġbdilna l-​attenzjoni għal dan, billi tgħid: “It-​tmiem taʼ l-​affarijiet kollha qorob. . . . Fuq kollox, ħalli jkollkom imħabba intensa lejn xulxin, għaliex l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.”​—1 Piet. 4:​7, 8.

5. Għala jkun żbaljat li tistenna li ma se jinqalgħu ebda problemi bejn membri tal-​kongregazzjoni?

5 M’għandniex xi ngħidu, sakemm aħna imperfetti, se jkun hemm drabi meta nagħmlu affarijiet li joffendu lil oħrajn. Huma, ukoll, b’diversi modi se jidinbu kontra tagħna. (1 Ġwn. 1:8) Jekk issib lilek innifsek f’sitwazzjoni bħal din, x’għandek tagħmel?

DAK LI TRID TAGĦMEL META JINQALGĦU L-​PROBLEMI

6. (a) Għala jistaʼ jkun li l-​parir tal-​Bibbja mhux dejjem jaqbel maʼ l-​inklinazzjonijiet tagħna? (b) Imma x’se jirriżulta jekk napplikawh?

6 L-​Iskrittura tipprovdi d-​direzzjoni meħtieġa. Imma l-​parir li tagħti jistaʼ ma jaqbilx eżatt maʼ dak li aħna inklinati li nagħmlu bħala bnedmin imperfetti. (Rum. 7:​21-23) Minkejja dan, li naħdmu fuqu bis-​serjetà se jagħti evidenza tax-​xewqa sinċiera tagħna biex nogħġbu lil Jehovah, u wkoll se jsebbaħ il-​kwalità taʼ l-​imħabba tagħna lejn oħrajn.

7. (a) Jekk xi ħadd iweġġagħna, għala m’għandniex nirritaljaw? (b) Għala m’għandniex sempliċement nevitaw lil xi ħu li joffendina?

7 Kultant meta n-​nies ikunu mweġġgħin ifittxu modi biex ipattuha lil min offendiehom. Imma dak jagħmel biss is-​sitwazzjoni agħar. Jekk huwa meħtieġ rikompens, dan għandna nħalluh f’idejn Alla. (Prov. 24:29; Rum. 12:​17-21) Oħrajn jistgħu jipprovaw jaqtgħu ’l barra minn ħajjithom lil dak li jkun offendiehom, billi jevitaw kuntatt miegħu. Imma dak ma nistgħux nagħmluh m’adoraturi sħabna. Li tkun aċċettabbli l-​qima tagħna jiddependi, parti minnu, fuq li nħobbu lil ħutna. (1 Ġwn. 4:20) Nistgħu aħna ngħidu onestament li nħobbu lil xi ħadd li m’aħniex se nitkellmu miegħu jew li l-​istess preżenza tiegħu tiddisturbana? Għandna bżonn niffaċċjaw il-​problema u nsolvuha. Kif?

8, 9. (a) Jekk għandna għalfejn nilmentaw kontra xi ħu, x’inhi l-​ħaġa xierqa li għandna nagħmlu? (b) Imma xi ngħidu jekk ikun dineb kontra tagħna ripetutament? (ċ) Għala għandna nittrattaw il-​kwistjoni b’dan il-​mod, u x’se jgħinna nagħmlu hekk?

8 Fuq din il-​kwistjoni l-​appostlu Pawlu kiteb: “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin liberament jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ieħor. Saħansitra bħalma Jehovah ħafer lilkom liberament, hekk agħmlu intom ukoll.” (Kol. 3:13) Tistaʼ int tagħmel hekk? Xi ngħidu jekk il-​persuna tidneb kontra tiegħek ripetutament b’diversi modi?

9 L-​appostlu Pietru kellu l-​istess mistoqsija, u ssuġġerixxa li forsi għandu jipprova jaħfer lil ħu sa sebaʼ darbiet. Ġesù wieġeb: “Ngħidlek, mhux, Sa sebaʼ darbiet, imma, Sa sebgħa u sebgħin darba.” Imma għala? Ġesù spjega b’tixbieha li enfasizzat l-​enormità tad-​dejn tagħna m’Alla f’paragun maʼ dak li kwalunkwe uman jistaʼ jkollu magħna. (Matt. 18:​21-35) B’modi numerużi aħna nidinbu kontra Alla kuljum​—kultant b’xi att egoistiku, taʼ spiss b’dak li ngħidu jew naħsbu, kif ukoll bin-​nuqqas tagħna li nagħmlu dak li suppost għandna nagħmlu. Fl-​injoranza tagħna nistgħu saħansitra lanqas nirrealizzaw li xi ftit mill-​affarijiet li għamilna kienu żbaljati, jew fl-​għaġla tal-​ħajja nistgħu ma naħsbux bis-​serjetà biżżejjed dwar il-​kwistjoni. Alla jistaʼ jitlob ħajjitna bħala ħlas għal dnubietna. (Rum. 6:23) Imma hu kompla juri ħniena lejna. (Salm 103:​10-14) Huwa raġonevoli, għalhekk, li hu jistenna minna li nittrattaw b’mod simili maʼ xulxin. (Matt. 6:​14, 15; Ef. 4:​1-3) Meta nagħmlu hekk, minflok ma nżommu fil-​komma, ikun evidenti li aħna wasalna sat-​tip taʼ mħabba li “ma żżommx kont tal-​ħsara.”​—1 Kor. 13:​4, 5; 1 Piet. 3:8, 9.

10. X’għandna nagħmlu jekk xi ħu għandu xi ħaġa kontra tagħna?

10 Jistaʼ jkun hemm drabi meta nirrealizzaw li, avolja m’għandna ebda sentiment t’offiża lejn ħuna, hu għandu xi ħaġa kontra tagħna. X’għandna nagħmlu? Mingħajr dewmien għandna nkellmuh u nipprovaw noħolqu mill-​ġdid relazzjonijiet taʼ paċi. Il-​Bibbja tħeġġiġna biex nieħdu l-​inizjattiva. (Matt. 5:​23, 24) Li nagħmlu hekk jistaʼ ma jkunx faċli. Dan jirrikjedi mħabba flimkien m’umiltà. Huma dawk il-​kwalitajiet qawwijin biżżejjed ġewwa fik sabiex tagħmel dak li l-​Bibbja tirrakkomanda? Din hija mira importanti lejn xiex għandna naħdmu.

11. Jekk xi ħu jagħmel affarijiet li jiddisturbawna, x’għandu jsir dwar dan?

11 Mill-​banda l-​oħra, jistaʼ jkun li xi ħadd qiegħed jagħmel affarijiet li jiddisturbaw lilek​—u possibilment lil oħrajn. Ma jkunx tajjeb li xi ħadd ikellmu? Forsi. Jekk int personalment tispjegalu l-​problema bi ħlewwa, dan jistaʼ jġib riżultati tajbin. Imma l-​ewwel għandek tistaqsi lilek innifsek: ‘Huma l-​affarijiet li jagħmel hu tassew mhux skritturali? Jew hija l-​​problema fil-​parti kbira tagħha minħabba li l-​isfond u t-​taħriġ tiegħi huma differenti minn tiegħu?’ Jekk inhu hekk, oqgħod attent biex ma tistabbilix il-​livelli tiegħek stess u mbagħad tiġġudika skond dawn. (Ġak. 4:​11, 12) Jehovah jaċċetta imparzjalment persuni minn kull xorta taʼ sfond u hu paċenzjuż magħhom hekk kif jikbru spiritwalment.

12. (a) Li kieku fil-​kongregazzjoni hemm każ t’għemil goff taʼ ħażen, min jieħu ħsieb dan? (b) Imma taħt liema ċirkostanzi hija r-​responsabbiltà tal-​wieħed li kontra tiegħu sar id-​dnub biex jaġixxi l-​ewwel? B’liema oġġettiv?

12 Madankollu, jekk xi ħadd fil-​kongregazzjoni jiġi involut f’għemil goff taʼ ħażen, dan jeħtieġ attenzjoni pronta. Imma minn min? Ġeneralment mill-​anzjani. Madankollu, jekk dan jinvolvi xi kwistjoni taʼ negozju bejn l-​aħwa, jew forsi l-​użu ħażin taʼ l-​ilsien b’tali mod li għamel ħsara serja lil xi ħadd, imbagħad dak li kontra tiegħu sar id-​dnub għandu l-​ewwel jipprova jgħin lil dak li offendieh fuq bażi persunali. Dak jistaʼ jidher diffiċli għal xi wħud. Imma dan huwa dak li Ġesù ta parir dwaru f’Mattew 18:​15-17. L-​imħabba li wieħed għandu għal ħuh u x-​xewqa serja li jżommu bħala ħu se jgħinu lil dak li jkun biex jagħmel hekk b’manjiera li, jekk inhu possibbli, se tilħaq il-​qalb tal-​wieħed fl-​iżball.​—Prov. 16:23.

13. Jekk tinqalaʼ problema bejna u bejn ħu ieħor, x’se jgħinna biex inħarsu lejn il-​kwistjoni b’mod xieraq?

13 Meta tinqalaʼ problema, sew jekk hija kbira jew żgħira, aħna niġu mgħejjunin jekk nipprovaw nifhmu kif Jehovah iħares lejha. Hu ma japprova ebda għamla taʼ dnub, u madankollu jarah f’kull wieħed minna. Fiż-​żmien xieraq tiegħu dawk li jipprattikaw id-​dnub mingħajr ma jindmu jiġu xkupati ’l barra mill-​organizzazzjoni tiegħu. Imma xi ngħidu għall-​kumplament tagħna? Aħna lkoll oġġetti tas-​sabar fit-​tul u l-​ħniena tiegħu. Hu jistabbilixxi l-​mudell li għandu jiġi imitat minna. Meta nagħmlu hekk, inkunu qegħdin nirriflettu l-​imħabba tiegħu.​—Ef. 5:​1, 2.

FITTXU MODI BIEX ‘TITWESSGĦU’

14. (a) Pawlu għala inkuraġġixxa lill-​Korintin biex ‘jitwessgħu’? (b) L-​iskritturi ċċitati hawnhekk kif jindikaw li aħna lkoll nagħmlu sewwa li naħsbu dwar dan?

14 L-​appostlu Pawlu kien qattaʼ ħafna xhur jibni l-​kongregazzjoni f’Korintu, ġewwa l-​Greċja. Kien ħadem iebes biex jgħin lill-​aħwa hemmhekk u ħabbhom. Imma xi ftit minnhom kienu neqsin minn sentimenti kordjali lejh. Kienu kritiċi wisq. Hu ħeġġiġhom biex ‘jitwessgħu’ f’li jesprimu affezzjoni. (2 Kor. 6:​11-13; 12:15) Ilkoll kemm aħna nagħmlu tajjeb li nikkunsidraw sa liema punt nesprimu l-​imħabba lejn l-​oħrajn u li nfittxu modi biex ‘nitwessgħu.’​—1 Ġwn. 3:14; 1 Kor. 13:3.

15. X’jistaʼ jgħinna biex nikbru fl-​imħabba għal xi wħud li lejhom ma nħossuniex miġbudin personalment?

15 Hemm xi wħud fil-​kongregazzjoni li nsibuha diffiċli li nersqu qrib lejhom? Jekk noħorġu barra minn triqitna biex ngħattu kwalunkwe nuqqas żgħir min-​naħa tagħhom, l-​istess bħalma nkunu rridu li huma jagħmlu magħna, dan jistaʼ jgħin biex insaħħu r-​relazzjoni taʼ bejnietna. (Prov. 17:9; 19:11) Is-​sentimenti tagħna lejhom jistgħu wkoll jitjiebu jekk infittxu l-​kwalitajiet tajbin tagħhom u nikkonċentraw fuq dawn. Tajna aħna kas tassew tal-​modi kif Jehovah qiegħed juża lil dawn l-​aħwa? Dan ċertament li se jġiegħel l-​imħabba li għandna lejhom tikber.​—Luqa 6:​32, 33, 36.

16. B’mod realistiku, kif nistgħu ‘nitwessgħu’ f’li nuru mħabba lejn dawk fil-​kongregazzjoni tagħna?

16 Ikollna nammettu li hemm limitazzjonijiet għal dak li nistgħu nagħmlu għal oħrajn. Għandna mnejn ma nkunux nistgħu nagħtu merħba lil kulħadd f’kull laqgħa. Għandu mnejn ma jkunx possibbli li ninkludu lil kulħadd meta nistiednu l-​ħbieb għal xi ikla. Ilkoll kemm aħna għandna mseħbin intimi li magħhom inqattgħu iktar ħin milli nqattgħu m’oħrajn. Imma nistgħu ‘nitwessgħu’? Nistgħu nqattgħu mqar xi ftit minuti kull ġimgħa biex insiru iktar midħla taʼ xi ħadd fil-​kongregazzjoni tagħna li ma kienx xi ħabib mill-​qrib tagħna? Nistgħu xi kultant nistiednu li xi wieħed minn dawn biex jaħdem magħna fil-​ministeru taʼ l-​għalqa? Jekk verament għandna mħabba intensa lejn xulxin, ċertament li se nsibu modi biex nuruha.

17. Meta nkunu fost aħwa li qatt ma ltqajna magħhom qabel, x’se juri jekk għandniex imħabba intensa lejhom ukoll?

17 Il-​konvenzjonijiet Kristjani jfornu opportunitajiet mill-​aħjar biex ‘nitwessgħu’ fl-​imħabba tagħna. Eluf jistgħu jkunu preżenti. Ma nistgħux niltaqgħu magħhom kollha. Imma nistgħu nġibu rwieħna b’mod li juri li npoġġu l-​benesseri tagħhom qabel il-​konvenjenza tagħna, saħansitra jekk qatt ma ltqajna magħhom qabel. U nistgħu nuru interess persunali bejn is-​sessjonijiet billi nieħdu l-​inizjattiva biex niltaqgħu maʼ xi wħud minn dawk li jkunu madwarna. Xi darba dawk kollha li jkunu qegħdin jgħixu fuq l-​art se jkunu aħwa rġiel u nisa, magħqudin fil-​qima taʼ dak Alla u Missier taʼ kulħadd. X’ferħ se jkun li ssir tafhom kollha, bil-​kwalitajiet numerużi u varjati tagħhom! L-​imħabba intensa lejhom se tqanqalna biex inkunu rridu nagħmlu dan. Għala ma nibdewx minn issa?

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

● Meta jinqalgħu l-​problemi bejn l-​aħwa rġiel jew nisa, kif għandhom jiġu solvuti? Għala?

● Hekk kif nikbru spiritwalment, l-​imħabba tagħna b’liema modi għandha tikber ukoll?

● Kif inhu possibbli li turi mħabba intensa lejn iktar minn ċirku wieħed taʼ ħbieb intimi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja