Għanja 2
Nobdu ’l Alla minflok lill-Bnedmin
1. Biex nimxu m’Alla lkoll id f’id,
Lid-dinja ma rridux.
Persekuzzjoni tiġi trid;
Wisq ma se ninkeddux.
Le, mhux mill-bniedem nismaʼ jien:
Lil Alla nobdi żgur.
Ħajjitna ngħixu kullimkien
B’mod li nagħtuh unur.
2. Lil “Ċesri” ntih tiegħu il-flus;
It-taxxa ma nżommhiex;
Unur u ġieh ukoll inkluż
Fejn ikun hemm għalxiex.
Biss lil Jehovah għandi nqim
Dan bl-esklussività.
Mingħandu nieħdu it-tagħlim
Għax din hi l-verità.
3. Jekk tifħir lil Jehovah jsir
U lkoll ngħixu fis-sliem,
L-inkwiet ikun għomru qasir;
Nieħdu ħajja bla tmiem.
Nagħtu appoġġ lil Alla l-Kbir,
Li hu it-Teokrat.
Bla biżaʼ tifħir Lilu jsir;
Bħal’ Sovran onorat.
4. Is-Saltna nfittxu l-ewwelnett,
Fit-tjieba nimxu llum:
U l-premju nieħdu fl-aħħarnett
Meta jasal il-jum.
Sa dan it-tant nobdu l-parir,
Nissaportu l-inkwiet.
Lil Alla nagħtu kull tifħir.
Hu jagħti l-għajnuniet.